''Kont inħoss li kulħadd jinteressah minn Buffon ta' bejn il-lasti u mhux minn Gigi''... Buffon jitkellem dwar il-mard mentali

  • Jan 11, 2019 10:52
  • Miktub minn iNews
"

    Gianluigi Buffon tkellem dwar il-problemi tas-saħħa mentali u żvela li anke hu kien ibati mid-dippressjoni matul il-karriera tiegħu.

    Il-leġġenda tal-Italja huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa gowlers fl-istorja u rebbieħ ta’ t-trofej kollha għajr dak tat-tazza tac-Champions League.

    Minkejja dan huwa kompla jgħid li l-mard mentali ma jagħmilx distizjoni u tkellem dwar il-perjodu diffiċli li fih sofra attakki ta’ ansjetà qabel logħbiet importanti. “Kont inħossni li kulħadd kien jinteressah biss minn Buffon, dak ta’ bejn il-lasti u ħadd minn Gigi.”

    Huwa rrakkonta dwar logħba fil-kampjonat Taljan fl-2005 u li sa kien mar fuq il-kowċ tal-gowlers Ivano Bordon biex isejjaħ lil Antonio Chimenti  biex jipprepara u jilgħab minfloku għax ma kienx qiegħed iħossu tajjeb. Anke jekk ħassu aktar waħdu għax ħadd minn sħabu ma kien intebaħ b’dak li kien għaddej, Buffon stqarr li aktar ħassu waħdu, iżda wara li ftakar dwar l-irwol tiegħu fit-tim u l-imħabba tiegħu lejn it-tim hu niżel u sfida lil moħħu. Dakinhar Juventus ħarġu rebbieħa wara prestazzjoni tajba tal-istess Buffon u kien hawn li ntebaħ li ma tistax tieħu l-aktar għażla faċli fil-ħajja, għax li kieku dakinhar poġġa fuq il-bank tas-sostituti jaf l-istorja kienet tirrepeti ruħha aktar minn darba.

    Buffon jingħaqad ma’ plejers rinomati fl-istorja tal-futbol bħalma huma Andres Iniesta u Michael Carrick li lkoll irnexxielhom joħorġu minn qoxorthom u jitkellmu bil-għan li jkunu ta’ sapport għal dawk li jinsabu jiġġieldu kontra l-mard mentali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0