Opportunità ta’ darba li żżur mill-qrib il-kwadru titulari ta’ Sant’Elena

  • Jan 11, 2019 15:11
  • Miktub minn iNews
"

    Maħdum fl-1763 mill-artist Malti Francesco Zahra, u meqjus bħala wieħed mill-akbar xogħlijiet li qatt ħadem dan l-artist b’qies ta’ 370cm b’550cm, il-kwadru titulari li jinsab fil-Kolleġġata Bażilika ta’ Sant’Elena ta’ Birkirkara bħalissa jinsab għaddej minn proċess ta’ restawr u konservazzjoni. 

    Il-Kumpanija Atelier Del Restauro mmexxija minn Maria Grazia Zenzani u Valentina Lupo, ġiet fdata għal dan il-proġett mill-Kapitlu tal-Kolleġġata Elenjana. Lura għall-2013, l-istess kumpanija kienet fdata bir-restawr u l-konservazzjoni tal-Istatwa Polikroma Titulari ta’ Sant’Elena flimkien ma’ numru ieħor ta’ proġetti ta’ restawr fl-istess Kolleġġata Bażilika. 

    F’Ottubru 2018 tniżżel il-kwadru minn postu sabiex jinbeda l-proġett tar-restawr. Saret dokumentazzjoni grafika u fotografika kif ukoll xi testijiet ta’ tindif sakemm eventwalment inbeda il-proċess dettaljat tat-tindif. Dan il-proċess jinkludi t-tindif ta’ saff ta’ verniċ ossidat, tneħħija ta' irtokki ta’ żebgħa li saru fil-passat u ħsarat li saru mix-xemgħa bħal akkumulazzjoni ta’ nugrufun u qtar tax-xama’.

    Sal-lum, sar tindif ta’ nofs il-kwadru u eventwalment ħarġu il-kuluri oriġinali iżjed vivaċi. Fejn intilfet iż-żebgħa oriġinali, ser tkun qed issir integrazzjoni ta’ żebgħa mill-ġdid. Apparti r-restawr tal-pittura fuq it-tila, ser issir ukoll konservazzjoni tal-istruttura oriġinali tal-injam li dan ser ikun modofikat ukoll għal prattiċi moderni biex tkun miżmuma aħjar it-tila. Il-gwarniċ bl-iskultura indurata se jkun konservat ukoll.

    Huwa mistenni li l-proċess ta’ restawr jintemm sa’ Lulju li ġej biex il-kwadru jittella’ lura f’postu ftit qabel il-festa titulari ta’ Sant’Elena li tkun ċelebrata f’Awwissu.

    Sabiex il-pubbliku jkun jista’ jsegwi mill-qrib il-proċess ta' tindif li sar s’issa, kif ukoll isegwi mill-qrib il-ħidma intensa, ser tkun qed issir open-day nhar is-sibt 12 ta’ Jannar bejn id-9am u 12pm u t-3.30pm u l-5pm, fil-Kolleġġata Bażilika ta' Sant'Elena stess.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0