It-total ta’ xita fl-2018 ammontat għal 599mm

  • Jan 11, 2019 15:53
  • Miktub minn iNews
"

    Kemm il-Maltin kif ukoll il-barranin li ddeċidew li jqattgħu l-vaganzi tal-aħħar tas-sena hawn Malta ġew ippremjati bi ġranet xemxin u temperaturi relattivament sħan f’Diċembru li għadda. Skont ir-rekords meteoroloġiċi, ix-xemx iddiet fuq Malta għal 211.7 sigħat matul l-aħħar xahar tal-2018; 40 siegħa iktar milli mistenni f’dan iż-żmien tas-sena.

    Lejn l-aħħar ta’ Diċembru t-temp kesaħ sew, hekk kif it-temperaturi ħadu tisbita minn massimu ta’ 19.4°C fl-4 u l-5 tax-xahar, għal 5.7°C fit-28 tax-xahar, li kienet l-iktar temperatura baxxa rreġistrata fl-2018. Minkejja dan it-tibdil fit-temperaturi, il-kundizzjonijiet tat-temp baqgħu moderati matul dan ix-xahar, b’veloċità medja tar-riħ ta’ 10.1 knots u 30.2mm ta’ xita, minn liema 79% niżlet nhar l-1 ta’ Diċembru. 

    Minkejja l-fatt li s-sena ntemmet fuq nota xemxija, l-2018 kienet sena inqas xemxija minn dik ta’ qabilha. Madankollu, il-gżejjer xorta waħda gawdew minn medja ta’ iktar minn 236 siegħa ta’ xemx kull xahar bejn Jannar u Diċembru tas-sena l-oħra, li jammonta għal madwar 65% tas-sigħat ta’ binhar. Lulju kien l-iktar xahar imdawwal u bl-inqas xita, hekk kif irreġistra 362.6 sigħat ta’ xemx u 0.4mm ta’ nida biss, filwaqt li Frar kien l-inqas xahar imdawwal b’136 siegħa ta’ xemx u kopertura medja tassħab ta’ 4.8 oktas. 

    L-għelieqi madwar il-gżejjer ħaddru sew matul l-2018. Dan hekk kif tkejlu madwar 599mm ta’ xita; 167mm iktar mill-2017 u 275mm iktar mill-2016. Għalkemm l-ewwel xahar tas-sena kien pjuttost xott, Frar fawwar il-bjar b’181.4mm ta’ xita. 117mm mit-total tax-xita għas-sena tkejlu fid-9 tax-xahar, li b’hekk sar it-tieni l-iktar jum fi Frar li fih niżlet xita mill-1923 ‘l hawn.

    B’total ta’ 189mm ta’ xita u 16-il jum bir-ragħad, Ottubru kien l-aktar xahar li fih niżlet xita s-sena loħra u l-iktar xahar bir-ragħad li qatt ġie osservat. B’medja ta’ 77%, il-livell tal-umdità t’Ottubru kien l-iktar wieħed għoli għas-sena l-oħra.

    L-inqas jum umduż tas-sena wasal wara l-iktar jum sħun għall-2018, it-13 ta’ Lulju, meta kellna temperaturi jikwu li laħqu l-5.7°C.

    Sommarju tas-sena 2018 fir-ritratt t'hawn taħt:

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0