Farsons tappoġġja u toffri Esperjenza għal Karrieri fl-Industrija

  • Jan 11, 2019 16:48
  • Miktub minn iNews
"

    Bħala parti mill-kampanja għal karrieri fil-manifattura ‘Careers in Manufacturing’, il-Bord Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ, ikkollabora mal-Malta Enterprise u t-taqsima tas-Servizzi Psikosoċjali fl-Edukazzjoni (EPSS) tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, u flimkien organizzaw ġimgħa ta’ Esperjenza għal Karrieri fl-Industrija għall-istudenti tal-Form 4. Bħala parti mill-impenn tal-kumpanija li tappoġġja l-imsieħba u l-istudenti b’esperjenzi ta’ żvilupp, il-Grupp Farsons laqa’ żewġ studenti Għawdxin. 

    Matul din il-ġimgħa, dawn kellhom l-opportunità jikkollaboraw mat-taqsimiet tal-operat ta’ dipartimenti differenti u jesperjenzaw il-ġurnata tax-xogħol tagħhom biex jifhmu aħjar xi tfisser karriera fis-settur tal-manifattura. Il-kumpanija offritilhom ukoll iċ-ċans li jilbsu l-kappell ta’ karigi differenti fl-industrija biex jaraw x’tinvolvi eżattament il-karriera li jixtiequ jaqbdu. Bis-sehem tiegħu f’dawn l-inizjattivi, il-Grupp Farsons jittama li jippromwovi l-industrija tal-manifattura li, mas-snin, qed tiżdidilha aktar l-isfida li tiġbed talent ġdid lejha.

    Mariella Galea, L & D and Performance Manager, qalet li, “L-istudenti kienu ħerqana għal din l-esperjenza u impressjonati bid-daqs u t-tkabbir tal-kumpanija, u bil-produzzjoni tal-prodotti tagħna li s-soltu huma jarawhom fuq l-ixkafef tal-ħwienet. Nemmnu bis-sħiħ li esperjenzi bħal dawn huma ta’ benefiċċju kbir għaż-żgħażagħ tagħna u jservuhom ta’ ispirazzjoni għall-karriera futura tagħhom.” 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0