Standards Ewropej dwar it-tnaqqis fit-tniġġis tal-karozzi huma ta’ opportunità għal aktar innovazzjoni fis-settur tat-trasport

  • Jan 11, 2019 18:44
  • Miktub minn iNews
"

    Il-liġi li tistabbilixxi standards Ewropej dwar it-tnaqqis fl-emmissjonijiet hija opportunità għal aktar innovazzjoni biex pajjiżna ikun minn ta’ quddiem biex iħaddem trasport nadif. Qalet dan l-Ewroparlamentari Dr Miriam Dalli waqt diskussjoni pubblika li ġiet organizzata flimkien mal-uffiċju tal-ParlamentEwropew f'Malta. 

    “Issa li għandna qbil fuq standards ewropej, Malta tista’ tkompli tibni fuq dak li sar s’issa biex tkun pijunier fl-innovazzjoni ħalli matul transizzjoni fuq medda ta’ 11-il sena  sal-2030 dawn il-miri jintlaħqu b’suċċess. Dan huwa possibli aktar w aktar minħabba d-daqs tal-gżira tagħna li jagħmilha aktar faċli biex ċerti proġetti jirnexxu minn pajjizi akbar,” qalet Dalli.

    Dr Dalli semmiet l-inizjattivi eżistenti tal-Gvern biex pajjiżna jgawdi min trasport aktar nadif.

    F’Diċembru li għadda, Miriam Dalli mexxiet negozjati mal-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar liġi biex karozzi ġodda jaħdmu b’teknoloġija nadifa u jintlaħqu l-miri stabbiliti fit-tnaqqis tal-emissjonijiet CO2 sal-2030.

    Waqt din id diskussjoni Dr Dalli spjegat it-tlett prijoritajiet lifuqhom hija bbażata din il-liġi: arja aktar nadifa għaċ-ċittadini li tissarraf fi kwalità ta’saħħa aħjar, prezzijiet orħos għall-karozzilijaħdmu b'teknoloġija nadifa uli jonqsu l-effetti ħżiena tat-tibdil fil-klima.

    Studji juru wkoll li l-konsumatur mistenni li jiffranka sa’ €600 fuq kull karozza b’anqas tniġġis li jixtri fl-2025 u fl-2030 mistenni jiffranka sa’ massimu ta’ €1500 minn fuq kull karozza. Barra minn hekk, Dr Dalli spjegat kif l-istandards ewropej mistennija jwasslu biex produtturi tal-karozzi jibdew jipproduċu aktar karozzi li jaħdmu b’teknoloġija nadifa u dan mistenni li jsarraf f’aktar għażla lill-konsumatur u prezzijiet orħos. 

    Dr Dalli spjegat li studji juru li din il-liġi mistennija twassal biex jonqsu madwar 170 miljun tomna ta’ emmissjonijiet CO2 bejn l-2020 u l-2030 u żieda ta’ 6.8 biljun ewro fl-2030 fil-prodott gross domestiku ewropew li mistennija joħolqu madwar 70,000 impjieg ġdid.

    F’din id-diskussjoni pparteċipaw ukoll Mr Mark Scerri, mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, Dr Caroline Gouder, tabiba speċjalizzata fil-mediċina respiratorja, u Dr Simone Borg, avukat li tispeċjalizza fit-tibdil tal-klima. 

    Dr Gouder spjegat kif tnaqqis fl-emmissjonijiet minn karozzi ifisser anqas problemi respiratorji bħall-asthma fl-adulti u fit-tfal li kull ma jmur qed narawhom dejjem jiżdiedu.

    Mark Scerri spjega kif it-tibdil fil-klima u l-kwalità tal-arja imorru id f’id ma’ xulxin u huwa kruċjali li fit-transizzjoni biex innaqqsu l-emmissjonijiet minn karozzi ġodda nieħdu l-passi meħtieġa biex ma’ niġġenerawx tniġġis minn mezzi oħra.

    Dr Simone Borg saħqet li wara li indirizzajna t-tniġġis mill-ġenerazzjoni tal-elettriku imiss issa li niftgħu ħarsitna kif se nnaqqsu t-tniġġis mit-trasport, bil-kumpaniji tal-karozzi jinvestu aktar f’teknoloġija nadifa għax fin-nuqqas ta’ dan iridu jerfgħu r-responsabilità, skont il-principju ‘polluter pays principle’.

    Għal din il-laqgħa attendew diversi stakeholders inkluż l-importaturi tal-karozzi u inġiniera, fost l-oħrajn.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0