ARA: Omm, binha u żagħżugħ il-Qorti b’rabta ma’ serq

  • Jan 11, 2019 19:11
  • Miktub minn iNews
"

    Mara li fl-aħħar jiem ingħatat sentenza sospiża fuq serq minn kmamar ta’ lukanda, reġgħet lura l-Qorti din id-darba ma’ binha ta’ 19-il sena, akkużati b'serq minn ristorant fl-Imġarr bejn Novembru u Diċembru li għaddew.

    Maria Pia Zammit ta’ 34 sena ċaħdet l-akkużi u baqgħet arrestata sakemm tingħata s-sentenza u jixhdu iktar nies. Binha Leon Lee Zammit ammetta l-akkużi u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depozitu ta’ €4,000 u garanzija personali ta’ €15,000.

    Separatament tressaq ukoll Samuel Gauci ta’ 18-il sena akkużat li kien kompliċi ma’ Maria Pia u Leon Lee Zammit f'serq minn residenza f'San Pawl il-Baħar. Huwa kien akkużat li wassal liż-żewġ akkużati l-oħra fuq il-post fejn seħħ is-serq. Gauci ammetta u ngħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għall-erba’ snin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0