Diriġenti Interisti mħassba bl-imġieba ta’ Wanda Nara

  • Jan 12, 2019 00:16
  • Miktub minn iNews
"

    Qed iqumu diversi mistoqsijiet fuq l-imġieba tal-aġent u anke mara tal-player Arġentin Mauro Icardi. Jidher li Wanda Nara qed ittawwal iż-żmien fuq it-trattativa sabiex ir-raġel tagħha jġedded il-kuntratt man-Neroazzurri sas-sena 2023.

    Bħalissa qed isiru laqgħat kontinwi bejn l-istess Nara u d-diriġenti ta’ Inter inkluż id-direttur Beppe Marotta. Minkejja kollox dawn tal-aħħar qed jinnutaw li hi qiegħda ddur mal-lewża aktar milli tirsisti biex jingħalaq il-ftehim.

    Ħafna kritiċi qed jgħidu li l-għan ta’ Wanda Nara u Mauro Icardi hu li jiżdied is-salarju diġa’ għoli tiegħu sabiex jaqla’ aktar flus fis-snin li ġejjin. Qed tissemma’ paga ta’ €9 miljun kull staġun, somma li l-club minn Milan mhux lest li jaċċetta.

    Min-naħa tagħhom, Inter ma tantx jixtiequ li l-player Arġentin jitlaqhom minħabba li issa sar pedina importanti fit-team ta’ Luciano Spalletti. Real Madrid ilhom isegwu lil Icardi sa mis-sajf li għadda u qegħdin attenti biex jaraw xi żviluppi ser ikun hemm f’dan il-każ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0