Frenkie De Jong viċin ħafna ta’ Barcelona

  • Jan 12, 2019 00:17
  • Miktub minn iNews
"

    “De Jong – Iva għal Barcelona” – Dan kien it-titlu fuq il-faċċata tal-gazzetta Spanjola li toħroġ ta’ kuljum Marca li tirreferi għar-rieda tal-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Ajax Amsterdam Frenkie de Jong li jissieħeb lil Barcelona. Fil-fatt skont l-artiklu miktub, il-plejer ta’ 21 sena iktar jogħġbu l-pjan tat-tim Katalan aktar milli dak ta’ Paris St Germain.

    L-istess rapport jgħid li De Jong huwa lest li jiffirma ma’ Barcelona fi żmien 48 siegħa minħabba li huwa ħerqan li jilgħab magħhom. Sadanittant it-taħditiet bejn ir-rappreżentanti tal-plejer u Barcelona jinsabu fi stat avvanzat u mhux eskluż li jsiru xi żviluppi fis-sigħat li ġejjin.

    Anke l-leġġenda Katalana Xavi jidher li qed japprova dan it-trasferiment meta qal li De Jong għandu d-DNA ta’ Barcelona fih.

    De Jong stabbilixxa ruħu ma’ Ajax Amsterdam u huwa kkunsidrat bħala midfielder ferm veloċi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0