Napoli wara Jordan Veretout

  • Jan 12, 2019 00:17
  • Miktub minn iNews
"

    Id-diriġenti ta’ Napoli qed isegwu b’attenzjoni l-progress tal-player ta’ nofs il-ground ta’ Fiorentina Jordan Veretout. L-għan tal-Partenopei huwa li jakkwistaw is-servizzi ta’ dan il-player matul is-sajf li ġej. Kumbinazzjoni Veretout kien parti mill-kontinġent ta’ Fiorentina li ħa sehem fit-training camp li sar f’pajjiżna matul din il-ġimgħa. Jidher li kien hemm laqgħa informali bejn id-direttur sportiv ta’ Napoli Cristiano Giuntoli u l-aġent tal-plejer Franċiż.

    Veretout għandu 25 sena u ilu ma’ Fiorentina sa mis-sena 2017. Huwa lagħab 45 partita bil-flokkViola u skorja 11-il goal. Fil-passat lagħab ukoll ma’ Nantes, Aston Villa u St Etienne.

    Min-naħa tiegħu Veretout jidher favorevoli għall-possibbilta’ li jingħaqad ma’ Napoli għax b’hekk ikun qed jagħmel pass ‘il quddiem fil-karriera tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0