L-allegat każ fejn l-Ambaxxatur għall-Korea ta’ Fuq ħarab minn Ruma.. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ma rċieva ebda komunikat uffiċjali

  • Jan 12, 2019 10:36
  • Miktub minn Melvin Farrugia
"

    Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Malti ma rċieva ebda komunikat uffiċjali dwar l-allegat każ fejn l-Ambaxxatur għall-Korea ta’ Fuq ħarab minn Ruma. 

    Wara diversi rapporti ppubblikati fil-midja barranija, fejn ġie allegat li l-Ambaxxatur Jo Song-gil, flimkien mal-mara tiegħu, ħarbu minn Ruma, dan is-sit għamel kuntatt mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Malti u staqsa jekk jikkonfermax din l-informazzjoni. 

    Min-naħa tiegħu, il-Ministeru qal li għadu ma rċieva ebda komunikat uffiċjali dwar dan l-allegat fatt. Spjega li l-unika informazzjoni li waslitlu kienet biss permezz tal-midja internazzjonali. 

    Il-Ministeru spjega wkoll ma’ inewsmalta li s’issa għadu lanqas mhu magħruf jekk l-isem li qed jissemma fil-midja internazzjonali hux dak tal-Ambaxxatur tal-Korea ta’ Fuq kurrenti jew inkella ta’ xi Ambaxxatur preċedenti. Il-Ministeru lanqas m’għandu xi ħjiel dwar ir-raġuni għaliex seta’ ħarab dan l-ambaxxatur. 

    Fir-rapporti fuq il-midja barranija qed jingħad li Jo Song-gil u martu ħarbu mill-Ambaxxata f’Ruma fl-aħħar ta’ Novembru. Hu allegat ukoll li kien id-Deputat Kap tan-National Intelligence Service, Seo Dong-goo li qal lill-kumitat tas-sigurtà tal-parlament b’din l-allegazzjoni. 

    Jidher li Dong-goo kellu jirritorna lejn pajjiżu wara li jispiċċa minn ambaxxatur f’Novembru. Madankollu, l-ġurnal Joongang Ilbo qiegħed jirrapporta li l-ambaxxatur talab protezzjoni lill-awtoritajiet Taljani biex ikun jista’ jaħrab lejn pajjiż mhux magħruf. Hu allegat ukoll li l-awtoritajiet Taljani huma mħassbin dwar dan, iżda qegħdin jipproteġuh f’post sigur. 

    Jekk dan il-każ jiġi kkonfermat, dan ikun l-ewwel każ mill-2016 fejn diplomatiku tal-Korea ta’ Fuq jkun ħarab mill-pajjiż. L-aħħar każ kien tad-deputat Ambaxxatur f’Londra, Thae Yong-ho li ħarab lejn il-Korea t’Isfel mal-mara u ż-żewġt itfal subien. 

    Jo Song-gil kien qed jaġixxi ta’ ambaxxatur, bl-appoġġ ta’ tliet diplomatiċi mill-Korea ta’ Fuq oħrajn, wara li allegatament l-Italja keċċiet l-Ambaxxatur Mun Jong-nam wara li sar is-sitt test nukleari f’Settembru 2017. 

    Skont il-midja internazzjonali, Song-gil kien ilu jgħix f’Ruma mill-2015 flimkien mal-qraba tiegħu kollha. Jidher li din hi xi ħaġa pjuttost rari li titħalla ssir mit-tmexxija tal-Korea biex ħadd ma jaħrab mill-pajjiż. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0