Kumpanija tal-ajru li tikri ajruplani f’Malta bl-ewwel titjira mingħajr plastik

  • Jan 12, 2019 16:34
  • Miktub minn iNews
"

    Ftit jiem biss wara l-Milied, il-kumpanija tal-ajruplani Portugiża, Hi Fly li għandha wkoll kumpanija sussidjarja bbażata f’Malta għamlet titjira storika, fejn għall-ewwel darba ġew eliminati l-affarijiet kollha li huma magħmulin mill-plastik. 

    Din il-kumpanija, li tikri ajruplani kemm fil-Portugall kif ukoll f’Malta, bidlet il-pożati u l-kontenituri tal-plastik b’oħrajn li huma magħmulin mill-bamboo u materjal ieħor riċiklabbli. It-titjira, li telqet mill-kwartieri tal-kumpanija f’Liżbona lejn il-Brażil, kienet waħda minn tliet titjiriet pilota fuq l-Airbus A340. 

    Aktar minn 5.7 miljun tunnellata ta’ skart fl-2017

    Skont l-International Air Transport Association (IATA), matul l-2017 ġew iġġenerati iżjed minn 5.7 miljun tunnellata ta’ skart fil-kabini tal-ajruplani. Din iċ-ċifra mistennija tirdoppja fi żmien 15-il sena jekk ma tittieħed ebda azzjoni. 

    Jidher li hemm linji tal-ajru li diġà qegħdin jieħdu passi f’dan ir-rigward. F’Ottubru li għadda, Air New Zealand ħabbret li neħħiet mat-3,000 straw, aktar minn 7 miljun stikka biex jitħawwad il-kafè, u man-nofs miljun basket għall-maskli tal-għajnejn. 

    Fl-Istati Uniti, kien hemm l-Alaska Airlines li waqqfet l-użu tal-istraws tal-plastik u d-Delta li bdew iwaqqfuhom.

    L-easyJet, li huma kompetituri diretti ta’ Hi Fly, bdew ukoll jużaw kontenituri alternattivi minflok il-plastik, filwaqt li Ryanair wegħdu li sal-2023 se jkunu l-iktar linja tal-ajru li topera mingħajr l-użu tal-plastik. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0