Il-Ministru Carmelo Abela jiltaqa’ mal-Konsli Onorarji f’Malta għall-awgurju tas-sena l-ġdida

  • Jan 12, 2019 18:40
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela ltaqa’ mal-Konsli Onorarji fil-Ministeru, Palazzo Parisio, il-Belt Valletta fejn preżenti kien hemm ukoll i?d-Dekan tal-Korp Konsulari, Godwin Bencini. 

    Il-Ministru Carmelo Abela awgura lill-Konsli Onorarji preżenti, li s-sena 2019 iġġib magħha sfidi u opportunitajiet ġodda għal pajjiżna. Enfasizza fuq l-importanza tal-Konsli Onorarji sabiex issaħħu r-relazzjonijiet bilaterali u jippromwovu l-investiment u t-turiżmu f’pajjiżna.

    Il-Ministru stqarr li s-sena li għaddiet kienet is-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura fejn matul l-2018 il-Belt Valletta offriet programm kulturali interessanti u varjat, li jitfa’ d-dawl fuq dak kollu li għandha x’toffri Malta.

    “Flimkien mal-Ambaxxati u Konsulati ħdimna bis-sħiħ biex il-Ministeru jkun aktar viċin taċ-ċittadini u jwassal informazzjoni lill-pubbliku dwar kwistjonijiet konsulari.  il-mobile app ‘Malta Travel Point’ ġiet imnedija f’April 2018 sabiex is-servizz tal-Gvern ikun aktar qrib taċ-ċittadini Maltin f’każ li jiġu bżonn xi tip ta’ assistenza meta jkunu msefrin. Din l-applikazzjoni sservi wkoll bħala gwida f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza barra minn Malta u toffri wkoll il-faċilità li persuna tkun tista’ tirreġistra s-safra tagħha b’mod volontarju qabel ma ssiefer”, sostna l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ.

    Huwa żied jgħid li s-servizz tal-Pariri tal-Ivvjaġġar (Travel Advice) ġie msaħħaħ. Il-lista ta’ pajjiżi li dwarhom jinħarġu pariri tal-ivvjaġġar ġiet riveduta u żdiedet sostanzjalment biex tkopri l-pajjiżi kollha membri tan-Nazzjonijiet Magħquda (UN). Inizjattiva oħra  f’dan ir-rigward kienet li, matul l-2018, il-Pariri tal-Ivvjaġġar bdew jinħarġu mhux biss bl-Ingliż iżda wkoll bil-Malti.  Dan sabiex inkunu konformi mal-viżjoni tal-Gvern li joffri s-servizzi u l-informazzjoni tiegħu biż-żewġ lingwi uffiċjali ta’ pajjiżna.

    Fattur ieħor li l-Ministru semma hu li sena l-oħra ġie ppublikat il-ktejjeb ‘Gwida għal Vjaġġar Intelliġenti’, li jindirizza l-problemi komuni relatati mas-safar bħal passaporti skaduti, nuqqas ta’ polza tal-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar, it-tilqim neċessarju, u reġistrazzjoni għall-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea (EHIC).  L-iskop ta’ dan il-ktejjeb, li ġie ppubblikat kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, huwa li jwassal il-messaġġ li l-prevenzjoni permezz tal-edukazzjoni hija l-aktar mod effettiv biex wieħed ikun ippreparat kif xieraq kemm qabel jibda l-vjaġġ kif ukoll waqt il-vjaġġ.

    Il-Ministru Carmelo Abela spjega li l-implementazzjoni tal-inizjattiva Consul-on-the-Move tkompliet b’suċċess. Bis-saħħa ta’ dan il-programm, is-servizzi offruti mill-Konsulati Maltin waslu għal aktar effiċjenza, billi l-programm laħaq postijiet li mhumiex daqstant ċentrali jew qrib il-bini tal-Konsulati Maltin. Barra minn hekk, il-programm għen ukoll sabiex ikun hemm aktar kuntatt dirett u regolari bejn il-Konsli u l-Maltin li jgħixu barra. 

    Il-Ministru Carmelo Abela ħabbar ukoll li Malta se tiftaħ ambaxxata f’Tokyo, il-Ġappun bħala riżultat tar-relazzjonijiet bilaterali eċċellenti li għaddejjin bejn iż-żewġ pajjiżi. Il-ftuħ tal-Ambaxxata Maltija fil-Ġappun ser tibni aktar fuq ir-relazzjonijiet eżistenti u ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.

    Il-Ministru Carmelo Abela kkonkluda billi qal li dan kollu jagħti kuraġġ u tama għas-sena l-ġdida, sena li fiha s-servizzi konsulari se jibdew jingħataw mill-uffiċini adattati l-ġodda fi Triq Żakkarija, il-Belt. Din hi miżura oħra li, mhux biss tagħmel is-servizz wieħed ta’ eċċellenza, imma li se tippermetti wkoll li l-Ministeru jilqa’ l-klijenti tiegħu f’ambjent aktar attrezzat u modern.Huwa stieden lill-Konsli Onorarji sabiex ikunu pro-attivi u jkomplu jwasslu l-messaġġ ta’ pajjiżna bħala post dinamiku, kreattiv, u fuq kollox, miftuħ, filwaqt li jressqu lill-pajjiżi rispettivi li jirrappreżentaw eqreb lejn Malta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0