“Malta mudell għal pajjiżi oħrajn fejn jidħlu d-drittijiet tat-tfal”

  • Jan 12, 2019 19:23
  • Miktub minn iNews
"

    “Ninsabu viċin li nimplimentaw liġi ħolisitika li tagħti aktar drittijiet lit-tfal u lill-vittmi ta’ vjolenza jew ta’ abbuż. Dan filwaqt li nieħdu azzjoni immedjata fil-konfront ta’ dik il-persuna li twettaq l-abbuż speċjalment fuq it-tfal”, qal il-Ministru Michael Falzon waqt li indirizza konferenza bit-tema Stop Sexual Violence on Children, f’Pariġi, Franza. Għall-konferenza attendew delegati minn Franza, mill-Belġju u mill-Awstrija fost oħrajn. 

    Il-Ministru Falzon tkellem dwar il-Liġi tal-Protezzjoni tat-Tfal li diġà għaddiet mill-ewwel qari mill-Parlament u li se tieħu post tliet liġijiet oħrajn eżistenti.

    Qal li l-liġi l-ġdida se tiżgura li l-persuna li taġixxi b’mod vjolenti jew abbużiv tiġi indirizzata immedjatament. Dan kuntrarju għal dak li jiġri llum meta fil-maġġoranza tal-każijiet huma t-tfal u l-ġenitur vittma li jispiċċaw ikollhom jitilqu mir-residenza.

    Dawn il-bidliet għandhom jagħtu aktar direzzjoni u ħajja aktar serena lil dawk milquta. Fuq kollox huma l-interessi tat-tfal li se jingħataw prijorità f’kull deċiżjoni li tittieħed.

    Il-Ministru Michael Falzon spjega wkoll li l-liġi se tiżgura li tassenja persuna responsabbli lit-tfal l-aktar vulnerabbli minħabba s-sitwazzjoni partikolari li jkunu fiha. Il-liġi proposta tfasslet ukoll fit-tħaris tal-provedimenti tal-konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-drittijiet tat-tfal, ikkonkluda l-Ministru Falzon.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0