Tiżvolġi l-11-il edizzjoni tal-Gozo Tourism Awards

  • Jan 12, 2019 19:46
  • Miktub minn iNews
"

    Għall-ħdax-il edizzjoni tal-Gozo Tourism Awards, sitt persuni b’rabtiet diretti mal-industrija turistika Għawdxija ġew ippremjati għall-ħidma u għall-kontribut tagħhom favur is-settur turistiku Għawdxi. 

    Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana spjegat fid-dettall il-ħidma li għaddejja mill-Ministeru biex dan is-settur importanti għal Għawdex jibqa’ jagħti l-frott u jkompli jitjieb. Caruana qalet li l-frott ta’ dan kollu hu d-djalogu miftuħ bejn il-Ministeru u l-Assoċjazzjoni u li hu essenzjali li d-djalogu jibqa’ għaddej is-sena kollha.

    Il-Ministru tkellmet dwar il-bżonn li l-konnettività bejn il-gżejjer tissaħħaħ b’mezzi oħrajn ta’ trasport hekk kif ġie żvelat li matul l-2018 il-kumpanija Gozo Channel ġarret aktar minn 5,570,000 passiġġier u aktar minn 1,650,000 vettura. Caruana qalet li għaddejjin diskussjonijiet mal-Ministeru għat-Turiżmu biex jerġa’ jiġi introdott is-servizz tal-ħelikopter bejn il-gżejjer fost mezzi oħrajn.

    Il-Ministru Caruana żiedet li l-Ministeru għal Għawdex stabbilixxa miri ċari biex jilħaq ir-riżultati mixtieqa billi jkun hemm sinerġija bejn l-awtoritajiet, liema sinerġija se tiġi assigurata mill-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex. Irid ikun hemm titjib fil-prodott turistiku u dan ma jinkludix biss titjib infrastrutturali imma b’inizjattivi u b’għajnuna diretta u indiretta lill-operaturi u tissaħħaħ l-aċċessibilità bejn il-gżejjer anke fil-kuntest li l-proġett tal-mina se jinbeda f’din il-leġiżlatura. 

    Filwaqt li ferħet lir-rebbieħa u lil dawk nominati, il-Ministru Justyne Caruana rringrazzjat lill-istakeholders li qed jikkontribwixxu għal dan is-suċċess, inkluż lill-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi.

    Il-Ministru Konrad Mizzi wkoll feraħ lir-rebbieħa u faħħar lill-Gozo Tourism Association għall-impenn tagħha biex id f’id mal-gvern tagħti esperjenza mill-aqwa lit-turisti f’Għawdex.

    Il-Ministru insista dwar l-importanza li jkomplu jsiru avvenimenti ta’ kwalità li jressqu t-turisti lejn Għawdex. Fakkar li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, wara li ssapportjat avvenimenti mużikali, sportivi u kulturali, mistennija tkompli tagħmel hekk filwaqt li toħloq avvenimenti ġodda. Żied li bħalissa qed isiru sforzi varji biex bejn Malta u Għawdex ikun hemm konnettività aħjar anke permezz ta’ studju li mistenni jkun konkluż sal-aħħar ta’ Marzu dwar il-possibbiltà ta’ ħelikopter jaħdem bejn Malta u Għawdex.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0