Il-GWU baqgħet bl-għarfien ewlieni fis-sezzjoni tal-inġinerija fil-Malta Freeport

  • Jan 13, 2019 07:45
  • Miktub minn iNews
"

    Minkejja t-tentattivi mill-UĦM, il-General Workers’ Union kienet konfermata bħala l-union li għandha l-għarfien ewlieni għall-ħaddiema tal-Malta Freeport li huma stazzjonati fis-sezzjoni tal-inġiniera. Dan seħħ wara elezzjoni sigrieta fejn il-maġġoranza tal-ħaddiema kkonfermaw u għażlu lill-GWU biex tkun il-union li titkellem f’isimhom. 

    Kollox beda meta f’Diċembru li għadda l-UĦM talbet biex tkun rikonoxxuta bħala l-unjin li tirrappreżenta lill-maġġoranza tal-ħaddiema fis-sezzjoni msemmija. Skont il-proċeduri għal tali rikonoxximent id-dipartiment tar-relazzjonijiet industrijali talab liż-żewġ unions involuti jippreżentaw il-listi tal-imsieħba tagħhom fis-sezzjoni tal-inġiniera. Minn dawn il-listi rriżulta li kemm il-GWU kif ukoll il-UĦM għandhom ’il fuq minn 50% tal-ħaddiema bħala imsieħba tagħhom. Peress li bil-listi ppreżentati ma setgħetx tkun ippruvata d-dikjarazzjoni tal-UĦM, id-DIER sejjaħ għal votazzjoni sigrieta fost il-ħaddiema inkwistjoni, bl-għan aħħari li huma jiddikjaraw lil min iridu li jirrappreżentahom. Dan dejjem skont l-avviż legali dwar ir-rikonoxximent.

    Wara li ntemmet l-votazzjoni u ġew mgħaduda l-għażliet tal-ħaddiema, id-DIER ikkonkluda li l-ħaddiema fis-sezzjoni tal-inġiniera fil-Malta Freeport b’maġġoranza qawwija kkonfermaw jew għażlu lill-GWU biex tibqa’ l-unjin li tirrappreżentahom u titkellem f’isimhom. “Għall-GWU dan huwa riżultat li jimlina b’kuraġġ u juri li l-ħaddiema qed japprezzaw il-ħidma li nwettqu f’isimhom,” saħaq ma’ inewsmalta s-Segretarju tat-taqsima GWU Marittima u Avjazzjoni Sandro Vella. 

    Huwa qal li din il-konferma hija wkoll mertu tal-Kumitatt tal-Ħaddiema li b’mod kontinwu jaħdem biex ikompli jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema f’din is-sezzjoni u anke biex is-suċċess tal-Malta Freeport ikun rifless f’benefiċċji aħjar għall-ħaddiema infushom. 

    Is-Segretarju tat-Taqsima Sandro Vella stqarr li b’rizultat ta’ din il-konferma, il-GWU se żżid il-ħidma tagħha biex tilħaq l-aspirazzjonijiet tal-imsieħba ġewwa l-Malta Freeport.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0