Paul Pogba bi bdil ma’ Douglas Costa?

  • Jan 13, 2019 00:32
  • Miktub minn iNews
"

    Teżisti  possibbiltá li Manchester United jistgħu joffru lil Paul Pogba lil Juventus bi bdil ma’ Douglas Costa.

    Il-midfielder Franċiż reġa’ sab il-forma mindu Ole Gunnar Solskjaer issostitwixxa lil José Mourinho bħala l-manager tal-United f’Dicembru li għadda, fejn skorja erba’ goals u rreġistra żewġ assists f’erba’ logħbiet.

    Minkejja l-prestazzjonijiet tiegħu, Pogba għadu nteressat li jirritorna lejn il-klabb preċedenti tiegħu, Juventus, fi tmiem l-istaġun.

    Ir-Red Devils huma lesti li jbiegħu lir-rebbieħ tat-Tazza Tad-Dinja fis-sajf li gej lill-Bianconeri iżda jridu li fil-ftehim jinkludu lil Costa biex ikun is-suċċessur ta’ Pogba.

    Pogba rebaħ erba’ titli tas-Serie A u d-darbtejn il-Coppa Italia, matul l-erba’ snin tiegħu f’Turin. Imbagħad huwa rritorna f’Old Trafford, fl-2016, għal €99 miljuni.

    Min-naħa tiegħu, Costa ngħaqad ma’ Juventus fuq  bażi permanenti s-sena li għaddiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0