Kunċert strumentali b'mużika minn Vjenna

  • Jan 24, 2019 09:28
  • Miktub minn iNews
"

    Music from Vienna - Kunċert Strumentali mill-Banda San Ġiljan A.D. 1927

    Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Etienne` Spiteri, l-Banda San Ġiljan se ttellgħa kunċert mużikali bl-isem Music from Vienna,li jikkonsisti minn repertorju esiġenti u magħruf tal-kompożitur Awstrijakk Johann Strauss Jr, li żgur se jpaxxi l-widnejn ta’ kull min jisimgħu. 

    Il-kunċert se jittella’ ad unur l-istess kompożitur ċelebri Johann Strauss Jr f’għeluq il-mija u għoxrin sena minn mewtu, kif ukoll fit-tmenin anniversarju tal-ewwel kunċert li qatt sar għall-okkażjoni tal-Ewwel tas-Sena fil-belt mużikali u majestuża ta’ Vjenna. 

    Dan il-kunċert uniku li qed jiġi organizzat bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan u bis-sehem ta’ diversi mużiċisti stabbiliti, se jsir għada l-Ġimgħa 25 ta’ Jannar 2019 fit-8p.m. ġewwa l-Każin Malti fi Triq ir-Repubblika, l-Belt Valletta; post li żgur jixraq lil kunċert ta’ dan il-livell. 

    Kull min se jattendi għandu ġentilment ikun bilqiegħda sat-7:45p.m. 

    Kulħadd huwa kordjalment mistieden. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0