“Via Pulchritudinis”... Wirja ta’ arti tal-artist Adonai Camilleri Cauchi

  • Jan 25, 2019 20:31
  • Miktub minn iNews
"

    Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tat-30 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda Vittorja tan-Naxxar, il-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan l-Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja se ttellgħa wirja ta’ xogħlijiet tal-arti tal-artist renomat Għawdxi Adonai Camilleri Cauchi. 

    Forsi wieħed jistaqsi x’inhi r-raġuni li tittellgħa wirja tal-arti bħala ċelebrazzjoni tal-mużika, iżda t-tweġiba għal dan hija waħda mill-aktar faċli. L-arti tieħu forom differenti. Hija wkoll forma ta’ espressjoni li tolqot lil kull individwu b’mod differenti u mill-aktar personali. 

    L-Għaqda Mużikali Marija Bambina hija soċjetà li, għalkemm primarjament hija ffukata fuq l-arti mużikali, hija tħaddan f’qalbha kull forma ta’ arti oħra. Tul dawn l-aħħar tletin sena, l-Għaqda Mużikali Marija Bambina mhux biss għamlet u qed tagħmel dak kollu possibbli biex twettaq u tkabbar l-impenn primarju tagħha bis-saħħa tal-Banda Vittorja, imma ħadet ħsieb u qed tkompli taħdem biex verament isservi bħala ċentru ta’ arti. Il-mużika u l-arti jmorru ħafna id f’id, u għaldastant kienet ħaġa naturali li meta qed niċċelebraw anniversarju ta’ arti, issir ħidma biex tesponi kull forma ta’ arti li hija għal qalb l-istess soċjetà.

    Kulħadd jaqbel li Adonai Camilleri Cauchi huwa artist li ħafna jafuh għat-talenti kbar li għandu, u għal ħidma sfiqa u kontinwa tiegħu fi ħdan l-Għaqda Mużikali Marija Bambina permezz ta’ proġetti diversi, u għaldaqstant kienet faċli l-kollaborazzjoni miegħu biex setgħet tittellgħa din il-wirja li fiha se jkunu esebiti xogħlijiet artistiċi tiegħu biss. Dawn ix-xogħlijiet jieħdu forom diversi u għandhom ikunu ta’ l-akbar interess għal dawk kollha li jħobbu l-arti.

    Il-wirja se tkun inawgurata nhar il-Ġimgħa, l-1 ta’ Frar, tibqa’ miftuħa sas-17 ta’ Frar u dħul għaliha se jkun bla ebda ħlas. Il-ħinijiet tal-ftuħ Huma hekk: mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-6.00 sat-8.00p.m., waqt li fil-jum tal-Ħadd tiftaħ mill-10.00a.m. sa 12.00p.m. u mis-6.00 sat-8.00 p.m.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0