Għada jitqassmu €300 fis-sena lil 28,646 anzjan u anzjana li għalqu 75 sena u li għadhom jgħixu fi djarhom

  • Fra 01, 2019 14:26
  • Miktub minn iNews
"

    Għada s-Sibt se jitħallsu l-pagamenti tal-għotja ta’ €300 fis-sena lill-anzjani li għalqu 75 sena u li għadhom jgħixu fi djarhom. In-nefqa totali fuq din l-għotja hi ta’ €8,580,467 filwaqt li 28,646 anzjan u anzjana se jibbenefikaw minnha.

    Matul l-istess jum se jitħallas ukoll il-bonus għal dawk il-persuni li ħallsu l-kontribuzzjonijiet (bolol) iżda m’għandhomx pensjoni. Dan il-bonus beda għall-ewwel darba fl-2014 u din is-sena żdied b’€50. B’hekk, permezz ta’ dan il-pagament, dawk li kienu ħallsu aktar minn sena bolol iżda inqas minn 5 snin se jaraw żieda għal €200 filwaqt li l-bonus ta’ dawk li ħallsu aktar minn 5 snin bolol se jiżdiedu għal €300 fis-sena. Minn din l-għotja se jibbenefikaw 11,618 persuna b’nefqa totali ta’ €2,884,166.

    Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal li dan hu xhieda tal-impenn li dan il-gvern għandu biex ħadd ma jaqa’ lura. Dr Falzon tenna li r-riżultati ekonomiċi tajbin li qed jinkisbu fl-aħħar snin qed jagħtu l-frott fil-qasam soċjali permezz ta’ benefiċċji bħal dawn u oħrajn immirati għal persuni vulnerabbli u fil-bżonn.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0