ARA: F’Kolorado, ifalli attentat tal-akbar ballun pirotekniku fid-dinja

  • Fra 10, 2019 12:56
  • Miktub minn iNews
"

    Sitt snin ta’ pjanar u sigħat twal ta’ ħidma, wasslu biex ifalli attentant ta’ dak li kellu jkun l-akbar ballun pirotekniku b’diametru ta’ 62pulzier (158ċm) li sar ġewwa Kolorado fl-Amerka.

    Tim ta’ pirotekniċi mmexxija minn Tim Borden, spiċċaw diżappuntati mhux ftit hekk kif falla dan l-attentat li sar fis-2am (ħin lokali) waqt attività ferm mistennija minn bosta segwaċi ta’ karnival xitwi. Kienu bosta nies ħerqana li jsegwu dan l-attentat fejn minkejja diversi persuni miġbura fil-madwar, bosta dilettanti tal-piroteknika minn madwar id-dinja kienu qedin isegwu din l-attivitża permezz ta’ trażmissjonijiet diretti.

    Ġurija minn Guinness World Records kienu preżenti flimkien ma’ Borden sabiex jaraw dan l-attentat wara li kien ilhom isegwu mill-qrib il-proċess ta’ ħidma twila li jinvolvi effett pirotekniku bħal dan. Minkejja l-qies fl-art kien l-akbar li qatt inħadem fid-dinja, il-ġurija spjegaw biex ir-rekord ikun komplet, dan l-effett irid jisplodi fis-sema.

    Dan il-ballun pirotekniku kellu jkun it-tmiem ta’ spettaklu mill-isbaħ li kellu jsegwi diversi effetti żgħar, maħruqa fuq Howelsen Hill Ski Area, f’Steamboat Springs ġewwa Kolorado fl-Istati Uniti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0