''Min jaf x'kien jiġri kieku flok għamel għalija għamel għan-neputi?''

  • Fra 10, 2019 20:07
  • Miktub minn iNews
"

    “Kant miexja man-neputi meta dan il-kelb ġie minn warajja u ma riedx jitlaqni bl-ebda mod.” Hekk bdiet biex tgħidilna waħda mill-qarrejja tagħna meta kitbet tirrakkontalna dwar dak li ġrala ftit tal-jiem ilu f’Buġibba.

    Din il-mara kompliet tgħidilna li mnalla kienu xi nies fil-viċin li ntervjenew biex jeħilsuha mill-kelb u fl-istess waqt staqsiet dwar x’kien jiġri kieku dan il-kelb minflok tefa’ ħarstu fuqha attakka lit-tifel li kellha magħha li għad għandu biss seba’ snin.

    Hija qalitilna wkoll li infurmat lid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali u li dawn irnexxielhom isibu lil sidt il-kelb.

    Minkejja dan, u minkejja twissija biex persuni ma jħallux klieb mingħajr ċinga fil-pubbliku, dan il-kelb allegatament jitħalla jiġri mingħajr ċinga ripetutament minn sidtu.

    Din il-mara temmet tappella lill-awtoritajiet ikkonċernati biex jiċċekkjaw dwar dan il-periklu għax il-kelb huwa wieħed imdaqqas u reġgħet tenniet li “Alla biss jaf x’kien jiġri min-neputi kieku flok qabad lili, qabad lilu”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0