It-traġedja tal-ajru li fiha mietu 298 persuna… L-Olandiżi kunfidenti li r-Russja tpoġġi madwar il-mejda

  • Fra 12, 2019 08:53
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Olandiż hu kunfidenti ħafna li d-diskussjonijiet għal min hu responsabbli biex iġġarraf l-ajruplan MH17 fis-sena 2014, se jkunu qed iseħħu fil-futur qrib.   Il-Ministeru qal li “ninsabu f’kuntatti mar-Russja fuq il-kwistjoni tar-responsabbilità. Kunfidenti li ma ndumux ma nkunu madwar il-mejda”.

    Irid jingħad li f’Mejju li għadda, l-Olanda u l-Awstralja qalu li kienu qed iżommu lir-Russja responsabbli ta’ dan id-diżastru li fih mietu 298 persuna. It-titjira MH17 kienet bejn Amsterdam u Kuala Lumpur. Meta l-ajruplan kien fil-lvant tal-Ukajna dan iġġarraf wara li ntlaqat b’missila. 

    Irid jingħad ukoll li r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà, Federica Mogherini, kienet saħqet li r-Russja għandha tammetti r-responsabbiltà tagħha fil-każ tat-twaqqigħ tat-titjira MH17 tal-linja tal-ajru Malaysia Airlines. L-ajruplan kien twaqqa’ fil-provinċja Ukrena ta’ Donetsk nhar is-17 ta’ Lulju tal-2014.
    Hija kienet qalet li wara “investigazzjoni indipendenti, professjonali u imparzjali” t-Tim Konġunt Investigattiv wasal għall-konklużjoni li s-sistema missilistika Buk li ntużat fit-twaqqigħ tat-titjira MH17 bla ebda dubju ta’ xejn kienet tal-Forzi Armati Russi.
    “Wara din il-konklużjoni, aħna se nkomplu nitolbu lir-Russja biex tammetti r-responsabbiltà u tagħti l-kontribut sħiħ tagħha biex għaldaqstant il-ħatja jitressqu quddiem il-qorti pertinenti,” saħqet Mogherini.
    Is-Segretarju Brittaniku għall-Affarijiet Barranin, Jeremy Hunt, ukoll ħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi biex jammettu r-responsabbiltà tagħhom.

    Intant prosekuturi internazionali li kienu qegħdin jinvestigaw it-traġedja tat-titjira tal-ajruplan ta’ Malaysia Airlines, MH17, li ġġarrfet fil-Lvant tal-Ukrajna fl-2014 qalu li l-missila tal-għamla “Buk” li ntużat biex jitwaqqa’ l-ajruplan kienet ġejja mir-Russja.
    Il-298 persuna li kienu abbord l-ajruplan tat-tip Boeing 777 mietu hekk kif dan inqasam f’diversi biċċiet matul it-titjira li minn Amsterdam kellha tieħdu Kuala Lumpur.
    Robby Oehler, li n-neputija tiegħu kienet fost dawk abbord l-ajruplan, f’kummenti lil aġenzija tal-aħbarijiet qal li l-prosekuturi saħqu mal-qraba tal-vittmi li kienu se jinvestigaw madwar 100 persuna b’rabta ma’ dan l-inċident.
    Huwa kompla jgħid li l-prosekuturi kienu tal-fehma li l-missila kienet ġiet sparata minn territorju li kien ikkontrollat minn ribelli li kienu favur ir-Russja.
    It-tim ta’ prosekuturi huwa magħmul minn prosekuturi ġejin mill-Olanda, l-Awstralja, il-Belġju, il-Malażja u l-Ukrajna.

    Malti kien tilef qraba fit-traġedja tal-Boeing li twaqqa' fuq l-Ukrajna

    F’dik it-traġedja Stephen Serracino Inglott kienet tilef tlett qraba li kienu ħu l-mara tiegħu, Paul, martu Shuba u binthom li kienet għadha se tagħlaq sentejn. Paul kien Olandiż u kellu 33 sena. Hu kien jaħdem ma’ kumpanija li tesporta materjali elettroniċi fil-Malażja. Shuba kellha 38 sena u kienet attriċi fil-Malażja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0