Irrifjutat promozzjoni minħabba l-għira tar-raġel għall-maniġer

  • Fra 12, 2019 09:36
  • Miktub minn iNews
"

    Imħallef laqa’ talba għal divorzju bejn koppja wara li sema’ kif il-mara kienet suġġettata għal ħafna vjolenza u theddid. Dan minbarra li fl-għerusija, li kienet waħda qasira, ir-raġel diġa’ kien jidher li kien persuna għajjura u possessiva tant li l-mara kellha tirrifjuta promozzjoni, peress li huwa ma kienx ħa grazzja mal-maniġer tagħha.

    Minn dak li sostniet il-mara fil-Qorti tal-Familja, joħroġ li minn wara ż-żwieġ kien seħħ l-ewwel inċident, li nzerta kien il-Milied, meta wara li kellhom xi jgħidu, huwa pprova jifgagħha u jdaħħlilha subgħajha fil-plakka tal-elettriku. 

    Hija qalet li r-raġel kien jiġri warajha u t-tifla u jheddidhom bis-skieken, tant li tgħid li kien jorqod bihom taħt l-imħadda. Il-ħajja matrimonjali kienet waħda diffiċli u ta’ torment għaliha u għal bintha, li sabu ħafna appoġġ mill-ġenituri tagħha, imma anke dawn kienu jibżgħu mit-theddid kontinwu tiegħu.

    Minħabba l-esperjenza qarsa li għaddew minnha, il-ġenituri tal-omm, m’aċċettawhiex it-tieni darba li talbithom tmur toqgħod għandhom u kienet marret għand nannitha. Intqal li hawn ukoll ir-raġel kien imur wara l-bieb ta’ nannitha u saħansitra kien faqgħalha l-bieb ta’ barra. 

    Hija tpinġi stampa fejn il-vjolenza tidher li kienet persistenti u kontinwa u ma setgħet issib refuġju u wens imkien. Inċidenti li wasslu għall-qofol tal-vjolenza huwa meta r-raġel riedha tixhed falz fuq każ li kellu l-Qorti fejn allegatament kien hedded lil terza persuna b’mannara.

    Hi kienet irrifjutat u kien ħebb għaliha u l-istess kien għamel meta kienet irreaġixxiet biex twaqqfu milli jifga l-kelb ‘Siberian Husky’ li kellhom wara li kien giref il-ħajt. Dakinhar it-tifla stess tgħid li kienet terrorizzata peress li missierha kien telaq mid-dar u malli kien jirritorna kienet qed tistenna l-agħar.

    L-Imħallef Anthony Vella sema’ kif ir-raġel għandu fedina penali mimlija b’ħafna inċidenti kważi kollha marbuta ma’ vjolenza domestika fuq dik li kienet il-mara tiegħu, kif ukoll il-familjari tagħha. 

    Intant, kemm il-mara kif ukoll ir-raġel fil-kontro-talba tiegħu akkużaw lil xulxin b’adulterju iżda t-tnejn li huma ġabu ebda provi li jistgħu jikkonvinċu l-Qorti li rrendew ruħhom ħatja ta’ dan.

    Wara li qieset kollox, il-Qorti ordnat id-divorzju bejn il-partijiet, bi ħtijiet unikament lir-raġel li rrenda ruħu ħati ta’ sevizzi, eċċessi, minaċċi, moħqrija u inġurija gravi. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0