Aġġornata: Id-Direttur Ġenerali tal-Akwakultura u s-Sajd tiċħad l-allegazzjonijiet... 'Xogħli dejjem għamiltu bi professjonaliżmu'

  • Fra 12, 2019 12:23
  • Miktub minn iNews
"

    Aġġornata:

    Ftit tal-ħin ilu id-Direttur Ġenerali tal-Akwakultura u s-Sajd, Dr. Andreina Fenech Farrugia, għadha kif kategorikament ċaħdet l-akkuża li qed tkun mixlija bihom. "Niżħad dawn l-akkużi... jien dejjem għamilt xogħli b'diliġenza u professjonaliżmu, għalhekk qed nirrabatti dawn l-allegazzjonijiet."

    Aktar qabel:

    Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima fid-dawl ta’ fatti ppreżentati quddiem l-awtoritajiet Spanjoli ntqal li l-Gvern qed jissospendi b’mod indefinit lid-Direttur Ġenerali tal-Akwakultura u s-Sajd.

    L-istqarrija żiedet tgħid li l-Gvern qed jikkollabora mal-awtoritajiet fl-investigazzjonijiet kollha li qed isiru biex jiġu stabbiliti l-fatti kollha dwar dan il-każ anka fl-interess tas-settur tas-sajd u l-akwakultura f’pajjiżna.

    Fl-investigazzjonijiet il-Pulizija Maltija involviet il-Europol biex tirċievi informazzjoni minn Spanja dwar l-investigazzjonijiet li saru dwar kumpanija Spanjola tat-tonn li topera minn Malta. Intant l-awtoritajiet Maltin għaddejjin b’investigazzjonijiet oħra permezz tal-Pulizija ta’ Malta u anke għaddejja inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Gabriella Vella.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0