''54 ċenteżmu ma jirriflettix il-ħidma tagħna''... Ir-raħħala f'Sardenja jkomplu jipprotestaw

  • Fra 12, 2019 14:42
  • Miktub minn iNews
"

    Hekk kif għal dawn l-aħħar jiem kompliet il-protesta tar-raħħala f’Sardenja, b’diversi inċidenti rapportati fejn raħħala remew il-ħalib tagħhom fit-triq, imblokkaw toroq prinċipali fit-tentattiv tagħhom li jwasslu l-messaġġ tagħhom, waqqfu vannijiet li kienu qegħdin jittrasportaw laħam tal-majjal impurtat u lest biex jinbiegħ bħala prodott lokali, kollox jindika li dawn mhumiex se jċedu.

    Raħħal li tkellem ma’ inewsmalta qal li huma jibku dan il-ħalib li qiegħed jinxtered wara tant ħidma u tbatija, iżda sostna li 54 ċenteżmu kull litru mhux prezz raġonevoli u ma jistma xejn din il-ħidma tagħhom li jieħdu ħsieb il-merħla tagħhom tista’ tgħid 24 siegħa kuljum.

    Intant huwa spjega magħna li kollox jidher li se tkompli tissaħħaħ din il-protesta hekk kif issa magħhom ingħaqdu raħħala li jrabbu l-bhejjem għal-laħam bi protesta kontra l-ingann ta’ impurtazzjoni ta’ laħam li jinbiegħ fuq l-ixkafef bit-tikketta li huwa lokali.

    Intant jidher li n-negozjanti li jipproċessaw il-ħalib mhumiex se jċedu u dan hekk kif persuni xerrdu ritratti ta’ bawżers li ntlemħu jimpurtaw ħalib hekk kif huma qegħdin jittamaw li l-protesti jintemmu u r-raħħala jbaxxu rashom.

    Fl-ewwel ġranet raħħala kienu qegħdin jiftħu l-ħalib maħlub minnhom fl-art, iżda skont l-aħħar filmati mxerrdin, jidher li r-raħħala qegħdin isibu alternattivi oħrajn fosthom li l-ħalib jagħmluh ġobon u jqassmuh jew jisquħ lill-majjali.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0