Forbes tinkludi Maltija fil-lista taż-żgħażagħ innovattivi

  • Fra 12, 2019 16:17
  • Miktub minn iNews
"

    Il-kumpanija Forbes inkludiet Maltija fil-lista ta' din is-sena tal-iktar żgħażagħ innovaturi fl-Ewropa.

    Antonia Bonello kienet fost it-30 li ssemmew fit-taqsima tal-media marketing u din ma kinietx l-ewwel darba li t-tfajla ta' 29 sena issemmiet għas-sens intraprenditorjali tagħha.

    Bonello tgħix Londra fejn taħdem bħala Associate Creative Director ma' BuzzFeed u kienet responsabbli mid-disinji ta' diversi klijenti tal-kumpanija.

    Fost oħrajn ħadem fuq kontenut fuq il-media għal kumpaniji kbar bħal Google, Nike, Netflix, Sky, Amazon u Nestle.

    Din ma kinietx l-ewwel darba li Bonello ġiet inkluża f'listi simili hekk kif anke ssemmiet fil-Media Week's 30 Under 30 u The Drum's 50 Under 30 li jirrikonoxxu żgħażagħ taħt it-30 sena li jkunu qed jagħmlu isem fil-qasam tagħhom.

    Fil-lista għall-2019, Forbes tinkludi 300 tfajla u ġuvni taħt it-30 sena minn 34 pajjiż Ewropew u minn 22 pajjiż ieħor barra l-Ewropa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0