Maħtura bħala patruna tal-EURORDIS l-Alleanza Ewropea tal-Mard Rari għas-sitt sena konsekuttiva

  • Fra 12, 2019 17:37
  • Miktub minn iNews
"

    Għas-sitt sena konsekuttiva, mart il-Prim Ministru ta’ Malta u l-President tal-Alleanza Maltija tal-Mard Rari Michelle Muscat, kienet maħtura bħala patruna tal-EURORDIS l-Alleanza Ewropea tal-Mard Rari. 

    Is-Sinjura Muscat li hija l-fundatrici tal-Alleanza Maltija għal Mard Rari enfasizzat l-importanza li naħdmu mal-pazjenti li jiġu milquta minn dan it-tip ta’ mard. Fi gżira żgħira bħal Malta, persuna li jkollha marda rari, ħafna drabi  tispiċċa iżolata ġewwa darha, kemm għax ftit ikun magħruf dwar din il-marda, kif ukoll għax ħafna drabi jkun diffiċli li ssib appoġġ mingħand il-komunitajiet ta’ madwarha.

    Is-Sinjura Muscat qalet li Malta qed tieħu rwol importanti f’dan il-qasam mhux biss fuq livell nazzjonali imma anke fuq livell Ewropew u internazzjonali meta fil-jiem li ġejjin Malta, permezz tal-Alleanza Nazzjonali se tkun parteċipi f’laqgħa li ser issir fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti, l-Istati Uniti.

    Bħalissa, l-Alleanza tal-Mard Rari għaddejja b’kampanja nazzjonali biex ikun hawn iktar għarfien kif ukoll sabiex iktar pazjenti b’mard rari jingħaqdu flimkien u jagħtu appoġġ lil xulxin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0