Opportunità ġdida għal mużiċisti prospettivi

  • Fra 20, 2019 16:30
  • Miktub minn iNews
"

    Jekk int mużiċist ta’ strument tan-nifs jew tal-perkussjoni u tixtieq tkabbar l-għarfien u l-esperjenza mużikali tiegħek ma’ ensabmle freelance u indipendenti, Tikka Banda qed toffrilek opportunità unika.

    L-ensamble imwaqqfa fl-2013 minn Justin Formosa, Tikka Banda, qed tistieden lill-mużiċsiti kollha, żgħażagħ u veterani b’livell ta’ grad 4 jew aktar fil-prattika tal-istrument, għal workshop innovattiv bl-isem ta’ ‘Be Tikka Banda for a day’.

    Dan ser isir nhar is-Sibt 9 ta’ Marzu bejn in-12.30pm u s-6pm fejn dawk kollha nteressati għandhom ikunu preżenti bl-istrumenti tagħhom biex ikunu jistgħu jipparteċipaw f’esperjenzi uniċi ta’ daqq, tagħlim u diskussjoni.

    Jekk tistħi tagħmel l-ewwel pass iżda tinsab ħerqan biex tesperjenza esperjenza mużikali ġdida, Tikka Banda tħeġġek sabiex tipparteċipa f’dan il-workshop għaliex huwa perfettament addattat għalik. It-team kollu ta’ Tikka Banda se jkun disponibbli biex jgħinek sabiex din l-esperjenza isseħħ.

    'Be tikka banda for a day’ huwa proġett finanzjat minn Tikka Banda li huwa mistenni joffri pjattaforma mużikali għal mużiċisti żgħażagħ, li hija bżonnjuża għal artisti li kuljum qed jżdiedu f’pajjiżna li qedin ifittxu sfera professjonali fejn jistgħu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom.

    Applikazzjoni li tista tinkiseb minn hawn: (hyperlink https://docs.google.com/forms/d/e/1FAIpQLSfmcRAL-O5vZ7XO9GhDse6gOy7_RUqQEGeeSomEJao8WhtAjw/viewform?usp=pp_url) u tagħlaq nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Frar f’nofsinhar.

    Aktar informazzjoni tista tinkiseb billi zzur https://www.facebook.com/events/445460949319075/ jew il-paġna ta’ facebook ta’ TikkaBanda.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0