Il-barbaġann introdott mill-ġdid f'pajjiżna

  • Fra 21, 2019 20:11
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri inawgura l-proġett Barn Owl Re-Introduction. Dan il-proġett tat-tgħammir għandu l-għan li jintroduċi mill-ġdid l-ispeċi tal-barbaġann u jikkonsisti f’numru ta’ barbaġann tat-tgħammir fir-Razzett tal-Bagħal, il-Buskett, fejn saret l-inawgurazzjoni. Fil-fatt inbnew strutturi ġodda għall-għan ta’ dan il-proġett.

    Is-Segretarju Parlamentari qal li wara li ħames NGOs irċevew appoġġ finanzjarju għal proġetti li jippromwovu l-konservazzjoni tal-għasafar salvaġġi, b’total ta’ €106,188, illum qegħdin proprju nawguraw wieħed mill-proġetti li qed jagħmlu l-FKNK.

    Clint Camilleri spjega li dan il-proġett se jerġa’ jistabbilixxi populazzjoni ta’ barbaġann f’ambjenti adattati f’Malta u f’Għawdex permezz tar-rilaxx ta’ kampjuni f’ambjent naturali. Hawnhekk se tintuża teknika speċjali li kienet prattikata b’suċċess fir-Renju Unit. 

    Is-Segretarju Parlamentari qal li “l-iskemi li konna ħabbarna qed jgħinu b’mod dirett lill-NGOs biex ikunu jistgħu jimplimentaw il-proġetti tagħhom. Tajjeb insemmi li l-finanzjament ta’ din l-iskema ġej mill-penali miġbura minn reati relatati mal-kaċċa li issa ġew mgħoddija lura għall-konservazzjoni”. Spjega li dan isir għax il-Fond għall-Konservazzjoni tal-Għasafar Salvaġġi jipprovdi assistenza finanzjarja lill-NGOs irreġistrati biex jappoġġjaw inizjattivi li jikkontribwixxu għal: konservazzjoni ta’ għasafar salvaġġi, governanza tal-kaċċa sostenibbli, edukazzjoni u riċerka relatata ma’ speċi ta’ għasafar.

    Il-President tal-FKNK Joseph Perici Calascione tkellem dwar il-ħidma fuq dan il-proġett u rringrazzja lid-WBRU fi ħdan is-Segretarjat ta’ Clint Camilleri li għenuhom jaslu fejn waslu llum. Min-naħa tiegħu l-kordinatur tal-proġett Raymond Cordina spjega li fir-Razzett tal-Bagħal hemm tliet guviet mibnija speċifikament għat-trobbija tat-tajr tal-priża u għall-proċess tat-tluq fis-salvaġġ filwaqt li ħabbar li par mill-barbaġann diġà qed bil-frieħ.

    Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri kkonkluda li għandu fiduċja li din l-inizjattiva għall-konservazzjoni se tkompli tikber b’suċċess u se tipproduċi filwaqt li rringrazzja lill-FKNK tal-inizjattiva li ħadu permezz ta’ dan il-proġett fejn ta’ kuljum qed jieħdu ħsieb il-monitoraġġ tiegħu u jaraw l-imġiba tal-pari.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0