It-Taliban b'attakk fuq bażi militari importanti Afghani

  • Mar 01, 2019 14:37
  • Miktub minn iNews
"

    Militanti Talibani niedew attakk fuq bażi militari importanti li tilqa’ konsulenti militari Amerikani u suldati fin-Nofsinhar tal-Afghanistan.

    L-attakk fuq “Camp Shorab” seħħ wara waqfien fit-taħditiet għall-paċi li kienu qed jiżvolġi f’Doha, u li jaf twassal għat-tmiem eventwali tal-involviment tal-militar Amerikan fil-pajjiż.

    Minkejja li rapporti fil-midja lokali kienu qed jgħidu li terrorist suwiċida kien sploda bomba fil-bażi nnifisha, kelliemi għall-gvernatur provinċjali – omar Zwak – qal li l-militanti fl-ebda mument ma rnexxielhom jidħlu fil-bażi.

    L-ebda uffiċjali jew konuslenti Amerikani jew tal-koalizzjoni ma sofrew ġrieħi f’dan l-attakk. Militari uffiċjali anke kkonfermaw li ma kienx hemm il-ħtieġa li truppi jew ajruplani militari Amerikani jintervjenu fl-attakk.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0