Fondi għall-Għaqda Mużikali Sant’Elena biex jitwettqu diversi proġetti

  • Mar 01, 2019 15:55
  • Miktub minn iNews
"

    Imqawwfa 100 sena ilu, l-Għaqda Mużikali Sant’Elena ta’ Birkirkara magħrufa bħala 'Tal-Bagri' qed tfakkar l-ewwel ċentinarju bil-kbir matul din is-sena b’ċelebrazzjonijiet li ilhom għaddejin għal dawn l-aħħar xhur. Bħala parti minn dawn iċ-ċelebrazzjonijiet, l-Għaqda daħlet għal numru ta’ proġetti sabiex jitjiebu bosta faċilitajiet, tissaħħaħ il-binja eżistenti u tikkonserva dokumenti tal-passat.

    F’konferenza stampa fil-jiem li għaddew, il-President tal-Għaqda is-Sur Anthony Saliba, ħabbar numru ta’ proġetti li kienu preżentati f’dawn l-aħħar xhur li għalihom l-Għaqda applikat b’suċċess għal nurmu ta’ fondi.

    Fost id-diversi proġetti interessanti li wettqet l-Għaqda Mużikali Sant’Elena, kien hemm il-proġett Bagriteen Club - Empowering Future Volunteers li kien jinvolvi it-tisħiħ ta’ sezzjoni ġdida fl-Għaqda għal dawk it-tfal li tinteressahom il-kultura lokali fil-ħidma ġenerali tal-Festa. L-Għaqda Mużikali Sant’Elena flimkien mal-Banda Mnarja tan-Nadur, applikaw bi proġett konġunt bl-isem ta’ Music Master Classes Pilot Project fejn saru numru ta’ Master Classes mużikali min numru ta’ mużiċisti professjonali barranin.

    Impenn importanti għall-organu ewlieni ta’ din l-Għaqda, li hija il-Banda, ser ikun Oratorio li ser jittella’ fit-13 t’Awwissu din is-sena fil-Proto-Kolleġġjata Bażilika ta’ Sant’Elena fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Sant’Elena. Dan l-Oratorio ser jikkumbina fih il-ħajja ta’ Sant’Elena flimkien mal-istorja ta’ 100 sena tal-istess Għaqda. Taħt l-isem ta’ Celebrating our Century: St Helen’s Band Club Oratorio , dan il-proġett kiseb fondi minn żewġ fondi differenti amministrati mill-Malta Arts Council.

    Proġett ieħor interessanti ferm, u fuq xewqa ta’ diversi partitarji u ammiraturi tal-istess Banda, l-Għaqda ser tkun qed tippublika numru ta’ recordings ta’ diversi kompożizzjonijiet mużikali minn kul ġeneru li joffri fi ħdanu l-arkivju rikk tal-istess Banda. ‘Musical Seasons’ huwa l-isem ta’ il-proġett li jinkludi fih numru ta’ kompożizzjonijiet ta’ diversi kompożituri lokali li kellhom rabta ma’ din il-Banda tul l-istorja tagħha bħal Ferdinand u Ġużeppi Camilleri, Vincenzo Costa, Guseppi Busuttil, Joseph Sammut, John Ivan Borg u Joe Vella.

    Finalment, l-akbar proġett għal din l-Għaqda huwa r-restawr tal-faċċata prinċipali tas-sede tagħha li tmur lura għal mijiet ta’ snin. Il-proġett bl-isem ta’ ‘Upgrading our premises: providing better spaces for our volunteers and activities’, irid jitlesta f’ħames xhur sabiex il-faċċata restawrata tkun inawgurata kif mistħoqq nhar it-2 ta’ Mejju ta’ din is-sena. Dawn il-proġetti kienu finanzjati minn diversi skemi u fondi diversi fosthom Small Initiatives Support Scheme, Finanjament għall-Ħidma tal-Għaqdiet Mużikali, Creative Communities u Voluntary Organisations Project Scheme.

    Dawn il-proġetti jiffurmaw parti minn mitt attivita’ li l-Kumitat, f’konsultazzjoni mal-membri u l-partitarji, iddeċieda li jwettaq tul l-2018 u l-2019 sabiex ifakkar dan l-anniversarju storiku.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0