“Il-flessibilità fil-ħin tax-xogħol tista’ ssir in-norma u mhux l-eċċezzjoni”

  • Mar 01, 2019 16:25
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli sostniet li bl-iżviluppi kontinwi fis-suq tax-xogħol, il-flessibilità fil-ħin tista’ ssir in-norma u ma tibqax l-eċċezzjoni. 

    Qalet dan waqt attività dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali organizzata mill-MEUSAC u mill-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta biex timmarka l-Jum Internazzjonali tan-Nisa.

    Dwar il-flessibilità fil-ħin tax-xogħol Helena Dalli fissret li għalkemm mhux kull impjieg jippermetti li l-ħaddiema jaħdmu mid-dar jew ’il bogħod mill-post tax-xogħol, l-avvanzi teknoloġiċi u l-evolviment ta’ ċerti impjiegi qed joffru lok għal aktar progress fit-tisħiħ tal-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol - bilanċ li l-gvern diġà beda jsaħħaħ biż-żieda ta’ jumejn leave b’kumpens għall-festi li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa u miżuri oħra bħaċ-childcare mingħajr ħlas, l-in-work benefit, il-breakfast club, u l-club 3-16 li inċentivaw ferm aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol waqt li jsaħħu l-qagħda ekonomika tagħhom u ta’ familthom.

    Il-Ministru rreferiet għall-qbil politiku fuq livell Ewropew li ntlaħaq riċentament fuq id-direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. Hawnhekk assigurat li bħalma jsir fi kwalunkwe traspożizzjoni oħra ta’ direttivi Ewropej li jolqtu d-dinja tax-xogħol, il-gvern se jniedi taħdidiet fi ħdan il-bord tar-relazzjonijiet tal-impjieg biex id f’id mas-sħab soċjali, jiġi identifikat l-aqwa mezz kif nimplimentaw id-direttiva skont iċ-ċirkostanzi tas-suq lokali.

    F’dan il-kuntest, Dr Dalli semmiet il-fond tal-leave tal-maternità li hu eżempju xieraq ta’ djalogu soċjali li wassal biex tonqos jekk mhux tiġi eliminata d-diskriminazzjoni fuq ommijiet prospettivi li jkunu qed ifittxu impjieg. Semmiet ukoll l-introduzzjoni ta’ ħamest ijiem leave tal-paternità għall-impjegati fis-settur pubbliku.

    Dawn il-miżuri lkoll huma turija tad-direzzjoni politika li qed jagħti l-gvern favur il-ġustizzja soċjali. Direzzjoni li fi kliem il-Ministru qed iħaddnu aktar u aktar kumpaniji li kulma jmur qed itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati tagħhom tant li bosta qed joffru kundizzjonijiet aqwa mill-minimu stabbilit fil-liġi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0