Arrigo jqabbel lill-Gvern ma' dragun, u jisħaq li l-PN għandu bżonn tal-ġenerożità tan-nies

  • Mar 05, 2019 18:37
  • Miktub minn iNews
"

    F’messaġġ li ppubblika f’dawn l-aħħar sigħat fuq il-profil tal-midja soċjali tiegħu, id-Deputat Nazzjonalista u Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Robert Arrigo qabbel lill-Gvern ma’ dragun, filwaqt li saħaq li l-Partit Nazzjonalista għandu bżonn il-ġenerożità tan-nies għax jeħtieġa.

    Fil-kumment tiegħu, akkumpanjat minn ritratt li juri lit-tmexxija tal-PN ilkoll daħkana, Arrigo tenna li “l-Partit jistrieħ fuq il-ġenerożità tiegħek, mhux biss minħabba li neħtiġuha, iżda biex inkomplu nagħmlu pressjoni fuq il-Gvern.”

    Id-Deputat Nazzjonalista żied jgħid li jgħid wieħed x’għid dan il-grupp fi ħdan il-PN ħadem bla waqfien matul dawn l-aħħar sentejn.

    Temm jgħid li “se niffaċċjaw żewġ elezzjonijiet fi tliet snin. Ninsabu fil-bżonn biex nikkommetu ma’ dragun, li lest jikseb maġġoranza ta’ żewġ terzi.” B’referenza għal din tal-aħħar Arrigo żied jaċċenna li jekk iseħħ dan il-Gvern ikun f’pożizzjoni li jagħmel bidliet kostituzzjonali.

    Intant kienu bosta dawk li kkummentaw dwar dan, anke fi gruppi politiċi fuq il-midja soċjali, b’diversi jisħqu li bi kliemu Arrigo kompli jagħti kredibbiltà lir-riżultati tas-surveys politiċi ppubblikati mill-gazzetta It-Torċa, fost ġurnali oħrajn, li konsistentement urew li jeżistu divarju sostanzjali bejn iż-żewġ partiti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0