“In-nomina ta’ Dr Ġorġ Vella bħala President ġdid tar-Repubblika kienet mistennija u tassew mistħoqqa”

  • Mar 05, 2019 19:32
  • Miktub minn iNews
"

    “In-nomina ta’ Dr Ġorġ Vella bħala President ġdid tar-Repubblika kienet mistennija u tassew mistħoqqa.” Hekk saħaq il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Parlament Laburista fil-Parlament Ewropew Dr Alfred Sant b'referenza għall-ħatra tat-Tabib George Vella bħala President tar-Repubblika.

    Fi stqarrija Sant saħaq li, “matul is-snin twal li ili nafu u minn qabel, Ġorġ Vella ta xhieda kontinwa ta’ ħila, intelliġenza, reqqa u tolleranza. Tgħallimt ħafna mingħandu waqt li rajtu mill-qrib jiddeċiedi favur Malta u l-Maltin, bla ebda ħjiel ta’ partiġġjaniżmu kull meta kien hemm deċiżjonijiet diffiċli quddiemu. Ħadhom b’kuraġġ u onestà.”

    Dr Sant żied jgħid li, “ninsab konvint li f’din il-kariga ewlenija li se jidħol għaliha, Dr Vella se jerġa’ jiddistingwi ruħu bil-kbir b’sinċerità, ġustizzja u għerf, u se jkun aġent ta’ għaqda ġenwina bejn il-Maltin u l-Għawdxin kollha. Illum hu xieraq li nagħtu ġieħ ukoll lill-Eċċellenza Tagħha Marie Loiuse Coleiro li riesqa lejn it-tmiem tal-ħatra tagħha.

    Wettqet dmirijietha b’mod impekkabbli, b’rieda ċara u b’impenn.

    Tat dimensjoni soċjali lill-kariga ta’ President tar-Repubblika u wriet kif minn din il-kariga tista’ toħroġ gwida tal-akbar siwi għall-pajjiż. Il-poplu Malti għandu jkunilha grat għal xi rnexxielha twettaq. Jien l-ewwel wieħed nirringrazzjaha.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0