Kienet issakkar lil żewġha fuq il-bejt għax ma kienx jagħmel il-faċendi tad-dar tajjeb!

  • Mar 07, 2019 13:27
  • Miktub minn iNews
"

    Kienet iġġiegħlu jonxor il-ħwejjeġ, jaħsel il-platti u jekk fl-aħħar mill-aħħar tqis li x-xogħol li jkun għamel żewġha ma jkunx tajjeb allura kienet tagħlqu fuq il-kamra tal-bejt.

    Il-mara, ta’ nazzjonalità Peruvjana kienet anke ma tħallix lil żewġha jiekol l-ikel li kienet tipprepara billi kienet titfa’ deterġenti fuq l-ikel. Saħansitra kienet iġġegħlu jinżel it-taraġ jiġri biex iġġegħlu jaqa’.

    Kienu snin sħaħ ta’ tortura, umiljazzjoni u maltrattamenti għar-raġel li l-identità tiegħu qed tinżamm mistura mill-awtoritajiet Taljani. Kienet biss l-imħabba għal ibnu li żammitu jissaporti dan it-trattament fil-konfront tiegħu hekk kif kien dejjem jibża’ li seta’ jitilfu.

    It-tmiem ta’ din il-ħolma kerha waslet wara li l-mara ġiex notifikata mill-uffiċjali tal-pulizija ta’ Monteverdo li kellha tabbanduna d-dar matrimonjali. Saħansitra fil-konfront tagħha nħareġ divjett li ma tersaqx lejn żewġha.

    Il-midja Taljana qed tirrapporta li kien ħu l-vittma li ressaq rapport lill-Pulizija.

    B’rabta ma’ dan il-każ il-mara mistennija li titressaq il-Qorti fil-jime li ġejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0