Alfred Sant u d-Diretturi tal-Medserv jaqblu dwar stabbiltà politika fil-Libja

  • Mar 13, 2019 07:47
  • Miktub minn iNews
"

    Alfred Sant u d-Diretturi tal-Medserv qablu dwar l-importanza li jsir sforz Ewropew favur istabilita` u s-sigurta` fil-Libja waqt li enfasizzaw il-ħtieġa li jissaħħu r-relazzjonijiet bejn Malta u L-Libja. Id-Diretturi tal-Medserv, immexxija miċ-Chairman Anthony Diacono, stiednu l-MEP iżur l-uffiċċini tagħhom fil-Malta Freeport, Birżebbugia biex jaġġornawh dwar l-attivitajiet tal-Medserv fl-industrija taż-żejt u l-gass fil-Mediterran u Lvant Nofsani.

     

    Sant qal lid-Diretturi tal-Medserv li l-interessi tal-Libja, ta’ niesha u dawk tal-Unjoni Ewropea huma identiċi. Il-pajjiż jeħtieġ gvern stabbli u b’saħħtu li kapaċi jżomm għaqda nazzjonali fi ħdan il-fruntieri Libjani filwaqt li jirrispetta l-fazzjonijiet differenti preżenti fil-pajjiż.

    Id-Diretturi tal-Medserv ddiskutew ukoll il-proposti taż-żona ewro li jridu jissostitwixxu l-użu tad-Dollaru Amerikan u minflok jużaw il-munita ewro fil-kummerċ taż-żejt. Irreferew għat-tensjonijiet bejn Washington u l-UE fil-qasam tal-kummerċ, u nnotaw li l-UE qed timbotta biex tisfida d-dominanza tad-dollaru. In-negozju u l-kummerċ tagħhom tal-Medserv isir bid-Dollaru Amerikan. 

    Medserv hija waħda minn ħames kumpaniji ewlenin li joperaw fil-Mediterran u tħaddem 400 ruħ. Loġistikament il-kumpanija hija bbażata fil-pajjiżi tal-Mediterran bħal Malta, l-Italja, Ċipru, Portugall u l-Eġittu. L-engineering u Supply Chain Management isiru minn bażijiet fl-Emirati Għarab Magħquda u l-Oman.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0