“Il-mument deċiżiv qed joqrob dejjem aktar” … Eluf ta' ġellieda tal-ISIS iċedu l-armi

  • Mar 13, 2019 07:57
  • Miktub minn iNews
"

    Aktar minn 3,000 ġellied tal-ISIS ċedew l-armi hekk kif qed tkompli tiħrax il-battalja tal-qawwiet Sirjani appoġġjati mill-Istati Uniti fuq dik li hija meqjusa bħala l-aħħar fortizza tal-grupp terroristiku fis-Sirja.

    Kelliemi għall-Qawwiet Demokratiċi Sirjani (SDF), Mustafa Bali, ilbieraħ filgħaxija saħaq li n-numru tal-ġellieda tal-ISIS li ċedew l-armi issa kien ilaħħaq it-3,000 ġellied.

    Bali żied jgħid li f’dawn l-aħħar sigħat ġew salvati tliet nisa ta’ nisel Yazidi u erbat itfal.

    Din l-aħbar waslet hekk kif il-belt ta’ Baghouz tinsab f’nofs assedju mill-SDF. Baghouz hija l-aħħar territorju fis-Sirja u l-Iraq li huwa kkontrollat mill-Istat Iżlamiku.

    F’kumment fuq Twitter, Bali żied jgħid li “l-mument deċiżiv qed joqrob dejjem aktar”. Tenna wkoll li l-ġellieda tal-ISIS li kienu fil-belt “qed iċedu en masse”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0