Kardinal jintbagħat sitt snin ħabs talli abbuża tfal tal-kor f'sagristija … Kien meqjus li seta' jilħaq Papa

  • Mar 13, 2019 08:31
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kardinal George Pell intbagħat sitt snin ħabs talli abbuża sesswalment minn żewġ tfal membri tal-kor tal-Knisja. Il-każi ġraw tul is-snin disgħin.

    L-eks teżorier tal-Vatikan, li għandu 77 sena, u konsulent għoli tal-Papa Franġisku, huwa l-aktar figura Kattolika prominenti li nstab ħati ta’ reati sesswali fil-konfront ta’ tfal.

    Il-Kardinal Pell f’Diċembru li għadda kien instab ħati li abbuża sesswalment lil tifel ta’ 13-il sena li kien membru tal-kor tal-knisja fis-sagristija tal-Katidral ta’ San Patrizju f’Melbourne.

    Kmieni dalgħodu Pell baqa’ jiċċassa lejn l-Imħallef hekk kif sar jaf id-destin tiegħu – sentenza li tfisser li jaf imut waqt li jkun qed iservi s-sentenza ta’ priġunerija.

    Fir-rimarki tiegħu, li kienu mxandrin mill-awla mad-dinja kollha, il-Prim Imħallef tal-Qorti ta’ Melbourne sejjaħ ir-reati mwettqin minn Pell bħala “estremament arroganti” u li l-abbuż tiegħu wassal għal “ħsara serja u dejjiema”.

    Saħaq li hekk kif il-kardinal xorta għadu jiċħad li wettaq ir-reati u qed jappella mis-sentenza, il-Prim Imħallef Kidd saħaq li Pell mhu qed juri l-ebda sinjal ta’ rimors li seta’ jwasslu biex inaqqas il-piena.

    Pell kien jokkupa l-kariga ta’ teżorier tal-Vatikan sa Frar li għadda, u preċedentement kien meqjus bħala kandidat b’saħħtu biex jilħaq Papa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0