Brexit: Mistenni vot dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE bla ebda ftehim

  • Mar 13, 2019 09:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Membri Parlamentari Brittaniċi se jkunu qed jivvotaw dwar jekk ir-Renju Unit joħroġx mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim fid-29 ta’ Marzu li ġej. Dan wra li l-ftehim ippreżentat mill-Prim ministru Theresa May ġie rrifjutat għal darb’oħra.

    Vot favur il-ftehim kien megħlub ilbieraħ filgħaxija fil-Parlament Ingliż. b’149 vot.

    Intant il-Gvern Ingliż saħaq li se jkun qed inaqqas it-tariffi fuq numru ta’ affarijiet importati ’l barra mill-Unjoni Ewropea u se jkun qed jintroduċi miżuri biex isolvi l-kwistjoni tal-fruntiera Irlandiża f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-UE bla ebda ftehim.

    Bosta mexxejja Ewropej urew id-diżapprovazzjoni tagħhom dwar l-eżitu tal-vot tal-bieraħ wara li l-ftehim ippreżentat minn May kien megħlub b’242 vot favur u 391 vot kontra.

    Intant il-Kabinett mistenni li jitlaqqa’ mill-ġdid dalgħodu. Jekk ix-xenarju ta’ ħruġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim ikun irrifjutat mill-Kabinett, allura l-Membri Parlamentari għada jivvotaw dwar jekk Brexit għandhiex tiġi posposta bl-estensjoni ta’ Artiklu 50, li huwa l-mekkaniżmu legali li se jwassal biex ir-Renju Unit ixxolji s-sħubija tagħha mal-Unjoni Ewropea.

    Intant l-Unjoni Ewropea qalet li jeħtieġ li tingħata “ġustifikazzjoni kredibbli” qabel ma taqbel li jkun hemm estensjoni ta’ Artiklu 50.

    L-Artiklu attwalment jitlob li r-Renju Unit toħroġ mill-UE fi żmien 16-il jum.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0