L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali tiċħad li qablet jew iddiskutiet li l-ħamiem li jinqabad jiġi vvelenat

  • Mar 13, 2019 09:42
  • Miktub minn iNews
"

    L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali saħqet li qatt ma qablet jew iddiskutiet li l-ħamiem li jinqabad għandu jiġi vvelenat. L-Assoċjazzjoni qalet dan fi stqarrija b’reazzjoni għal diversi artikli li dehru filmidja rigward il-qbid tal-ħamiem minn postijiet pubbliċi li jaqgġu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali.

    L-Assoċjazzjoni saħqet li ma qablitx ma’ dawk il-Kunsilli li kienu qed jeliminaw il-ħamiem billi jisparaw fuqhom. Dan minħabba li temmen li dan ma kienx mod ċivili ta’ kif wieħed jirrisolvi din il-problema. Kien għaldaqstant li l-Assoċjazzjoni informat lid-Dipartiment tas-Saħħa li min-naħa tiegħu ħareġ sejħa għall-offerti biex din il-problema tibda mtiġi kkontrollata. L-Assoċjazzjoni żiedet tgħid li anke kienet bdiet taħditiet mal-istess Dipartiment u wara diversi ġimgħat kienet ġiet informata li s-sejħa kienet ġiet irtirata minħabba ċirkostanzi li ma kienx hemm kontroll fuqhom.

    L-istqarrija żżid tgħid li għaldaqstant, l-Assoċjazzjoni għal darb’oħra għarrfet li l-Kunsilli Lokali ser jerġgħu jitħallew mingħajr assistenza biex jirrisolvu l-problema u d-diversi ilmenti li ta’ kuljum jidħlu minn resident li qegħdin jiġu affettwati. L-Assoċjazzjoni kellha taħdiet anki mas-Supretendet tas-Saħħa Pubblika fejn anki ġie diskuss l-Cabinet Memo 171 XIII 27/12/2017 li jirreferi għall-ħsara li issir mill-ħmieġ tal-ħamiem u li jista’ jikkawża mard. L-għan kien li jsir assesjar tas-sitwazzjoni li jiġu suġġeriti miżuri biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni. L-istess kommunikat jitkellem dwar ir-risku fuq is-saħħa tal-bniedem. L-Assoċjazzjoni żiedet tgħid li anke minn studji li saru fl-2010 ġewwa Madrid fi Spanja sabu li 70% tal-ħamiem kien infettat b’ mard li jista’ jikkawża infezzjonijiet, filwaqt li kien hemm ukoll anki li qed iġorr mard bħas-Salmonella. 

    L-Assoċjazzjoni temmet li wara li kien hemm studju ta’ metodi differenti li bih jista’ jiġi kontrollat dan il-ħamiem, ġie suġġerit li bħala metodu sostenibbli jintuża l-metodu ta’ cage trapping, li kien ukoll l-aktar mod uman li bih jiġi maqbud il-ħamiem, filwaqt li dan jiġi wkoll msaħħaħ b’liġi li tipprojbixxi għal kollox li wieħed jitma’ l-ħamiem f’ postijiet pubbliċi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0