Omm tilgħab il-video games mal-għarus b'bintha mitluqa tmut kaġun tax-xebgħa li tawha

  • Mar 13, 2019 11:55
  • Miktub minn iNews
"

    Qorti Ingliża semgħet kif omm qagħdet tilgħab video games mas-sieħeb tagħha filwaqt li bintha kienet qed tmut kaġun tad-daqqiet li wieħed jew it-tnejn li huma tawha.

    Eve Letherland tant qalgħet daqqiet vjolenti li l-ġrieħi li esperti mediċi qabblu l-ġrieħi li ġarrbet, fosthom ksur f’rasha, fil-kustilji u anke ferita fil-fwied, kienu simili għal dawk ikkaġunati minn inċident tat-traffiku.

    Il-ġurija kompliet tisma’ kif wara li tawha d-daqqiet ommha, Abigail Leatherland, u l-għarus tagħha Tom Curd, ġegħluha tixrob mediċina intiża biex tittieħed mill-adulti.

    Hekk kif it-tifla ta’ 22 xahar kienet qed tmut fil-cot tagħha, il-koppja kienu biss ftit metri ’l bogħod minnha jilagħbu l-logħob fuq il-kompjuter u jibagħtu messaġġi lil ħbieb tagħhom fuq Facebook. Kien biss wara li t-tifla mietet u ġisimha beda jibbies li huma ddeċidew li jċemplu għall-ambulanza.

    Leatherland, ta’ 26 senau Curd, ta’ 31 sena, kienu ltaqgħu ftit xhur biss qabel seħħ l-inċident traġiku. Ir-raġel kien mar joqgħod fid-dar ta’ Leatherland nhar it-30 ta’ Settembru tal-2017. Fil-jiem li segwew it-tifla kienet vittma ta’ swat qalil, bit-tifla tmut kaġun tal-ġrieħi tagħha fil-5 ta’ Ottubru.

    Il-koppja t-tnejn qed jiċħdu li qatlu lit-tifla. Huma ċaħdu wkoll akkużi oħrajn ta’ negliġenza ta’ tfal u li kkaġunaw jew wasslu għall-mewt tat-tifla.

    Il-ġuri se jkompli fil-jiem li ġejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0