Tiġġarraf skola Primarja fin-Niġerja … Bosta persuni maqbudin taħt it-tifrik

  • Mar 13, 2019 14:10
  • Miktub minn iNews
"

    Bini li parti minnu kienet tintuża bħala skola tal-Primarja ġġarrfet fil-belt Niġerjana ta’ Lagos. Il-midja lokali qed tirrapporta li fost it-tiġrif hemm diversi studenti maqbudin.

    L-iskola kienet tokkupa t-tielet sular tal-binja. Ritratti juru lil ħaddiema tas-salvataġġ ifittxu fost it-tifrik.

    S’issa għad m’hemm l-ebda indikazzjonijiet ta’ kemm persuni tilfu ħajjithom f’dan l-inċident. Intant il-midja lokali qed tgħid li l-binja hija waħda residenzjali, b’bosta appartament.

    Ibrahim Farinloye, kelliemi għall-Aġenzija Nazzjonali għall-Immaniġġjar tal-Emerġenzi saħaq li l-bini ġġarraf għall-ħabta tal-10.00 a.m. Huwa żied jgħid li hemm it-tħassib li taħt it-tifrik hemm diversi persuni maqbudin.

    Inċidenti simili fin-Niġerja mhumiex rari. Il-materjal li jintuża fil-bini ħafna drabi jkunu ta’ kwalità inferjuri u l-infurzar ta’ regolamenti huwa wieħed pjuttost laxk.

    Fl-2016 aktar minn 100 persuna mietu wara li ġġarraf saqaf ta’ knisja f’Uyo, fin-Nofsinhar tal-pajjiż.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0