Raġel mis-Siġġiewi jsofri ġrieħi serji wara ħabta ma' trakk fil-bypass tas-Siġġiewi

  • Mar 13, 2019 17:00
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel mis-Siġġiewi sofra ġrieħi serji wara li kien involut f’ħabta ma’ trakk tal-konkos fi Triq Monsinjur Mikiel Azzopardi, magħrufa wkoll bħala l-bypass tas-Siġġiewi. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30 p.m.

    Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li r-raġel, ta’ 52 sena, kien qed isuq karozza meta seħħ il-ħabta ma’ trakk tal-konkos tat-tip Mitsubishi Fuso li kien misjuq minn raġel ta’ 62 sena residenti Ħ’Attard. Fit-trakk kien hemm ukoll żagħżugħ ta’ 19-il sena li kien residenti s-Siġġiewi.

    Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u kif ukoll ambulanza li ħadet lit-tliet persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard ir-raġel ta’ 52 sena ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja, filwaqt li l-ġrieħi taż-żewġ persuni oħra għadha mhix iċċertifikata.

    Bil-każ ġiet informata l-Maġistrat Dr A. M. Grima li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0