Il-kunsilli reġjonali issa għall-ewwel darba għandhom allokazzjoni finanzjarja diretta

  • Mar 13, 2019 19:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-kumitati reġjonali twaqqfu permezz tal-Avviż Legali maħruġ fil-5 ta’ Awwissu 2011 (L.S.363.160). Permezz ta’ dawn ir-regolamenti twaqqfu 5 kumitati reġjonali; Tan-Nofsinhar, Tax-Xlokk, taċ-Ċentru u tat-Tramuntana f’Malta, u l-Kumitat Reġjonali ta’ Għawdex. Minkejja li dawn ġew imwaqqfa mill-Gvern preċedenti, dan qatt ma tahom allokazzjoni finanzjarja diretta jew rwoli definiti.

    Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis ħabbar li l-kumitati reġjonali, li issa se jibdew jissejħu kunsilli reġjonali din is-sena se jingħataw għall-ewwel darba fond li jammonta għal aktar minn €3 miljun. Barra minn hekk, l-ispejjeż kollha relatati mat-tribunali lokali, li huma parti sostanzjali mill-infiq preżenti tal-kunsilli reġjonali, se jkunu qed jiġu frankati peress li dawn se jkunu għas-spejjeż tal-LESA. Is-Segretarju Parlamentari Parnis qal ukoll li l-kunsilli reġjonali diġà ngħataw parti sostanzjali mill-allokazzjoni tagħhom. Fil-fatt ingħata l-ammont ta’ €1.3 miljun bejn il-5 kunsilli reġjonali preżenti. Dan ifisser aktar minn kwart ta’ miljun ewro għal kull reġjun. L-ammont li fadal, jiġifieri dak ta’ €1.8 miljun, se jingħata lir-reġjuni f’Ġunju li ġej.

    Is-Segretarju Parlamentari Parnis qal ukoll li bis-saħħa tar-Riforma fil-Gvern Lokali se naraw bidla radikali fi ħdan il-kunsilli reġjonali. Fost il-bidliet ewlenin hemm li;

    •          minn 5 kumitati reġjonali se jkun hemm 6 kunsilli reġjonali;
    •          se jinbidel l-isem minn kumitati reġjonali għal kunsilli reġjonali;
    •          ir-reġjun ikun livell ieħor ta’ Gvern Lokali;
    •          il-kandidatura ta’ president reġjonali se tkun estiża wkoll għal votanti reġistrati f’dak ir-reġjun;
    •          se jkun hemm koordinazzjoni fuq is-sejħa għall-kuntratt tal-ġbir tal-iskart fuq bażi reġjonali;
    •          se jingħataw responsabbiltà fil-qasam soċjali;
    •          se joffru assistenza professjonali lill-kunsilli lokali;
    •          se jkunu attrezzati sabiex joffru servizz ta’ assistenza lill-kunsilli lokali sabiex jibbenefikaw mill-fondi tal-Unjoni Ewropea;
    •          se jissussidjaw riċerki ta’ studenti fejn is-suġġett ikun marbut mar-reġjun;
    •          se jagħmlu riċerki xjentifiċi għall-kisba ta’ feedback miċ-ċittadin;
    •          se jikkoordinaw attivitajiet sportivi u fiżiċi mal-kunsilli lokali fuq bażi reġjonali sabiex jippromwovu u jinċentivaw aktar is-saħħa u l-wellbeingtar-residenti;
    •          il-kunsilli reġjonali se jikkoordinaw mal-iskejjel tal-Gvern sabiex wara l-ħinijiet tal-iskola l-faċilitajiet tal-iskejjel ikunu miftuħa u disponibbli għall-komunità;
    •          il-kunsilli reġjonali se jgħinu fl-immaniġġjar tal-postijiet u siti tal-Gvern vojta fil-lokalitajiet;
    •          se jkun hemm kollaborazzjoni akbar mal-Pulizija u mal-Aġenzija LESA.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0