Kampjonat Premier: Hamrun Spartans fil-ħames post

  • Mar 14, 2019 00:00
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Birkirkara .......... 0

    Hamrun S. ......... 1

    F’rebħa li mmaturat lejn it-tmiem tat-tieni taqsima, Hamrun Spartans għelbu  lil Birkirkara bl-iskor minimu ta’ 1-0 biex qabżuhom fil-ħames post  tal-klassifika.

    Birkirkara wet­tqu tliet bidliet mill-aħħar konfront fir-rebħa kontra Tarxien Rainbows, meta Danilo Cha­poval, Mislav Andelkovic u Michael Mifsud bdew mal-ewwel ħdax minflok Matthew Guillaumier, Thiago De Souza u Attard Cain.

    Min-naħa l-oħra Hamrun wettqu bidla waħda biss mid-draw kontra Hibernians, meta Matthew Robert Gauci beda minflok Andre Scicluna.

    Fl-ewwel taqsima kienu l-Ispartans li rebħu l-inizjattiva filwaqt li Birkirkara dehru team rassenjat, fejn rari kienu ta’ theddida lejn il-lasta difiżi minn Emanuel Bartolo.

    L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet fid-19-il mi­nuta minn Hamrun Spartans b’tentattiv ta’ Kevin Tuli­mieri li  ġie milqugħ parzjal­ment mill-goalkeeper Naumovski biex mir-rebound ix-xutt ta’ Cae­tano Calil ħabat nan-naħa barra tax-xibka.

    Fil-31 minuta, free-kick mogħti minn Marco Criaco ġie mblokkat faċilment mill-goalkeeper Karkariż Naumovski.  Minuta minn tmiem l-ewwel taqsima, free-kick mogħti minn Triston Caruana wasal għand   Orestis Nikolopoulos iż­da l-konklużjoni bir-ras tiegħu intemmet ftit għoli.

    Wara l-mistrieħ, l-Is­partans ħarġu aktar av­venturużi u fis-47 minuta, Kevin Tulimieri falla l-mira minn qagħda tajba.

    Birkirkara rrispondew għa­xar minuti wara, meta l-konklużjoni ta’ Marcelo De Siqueira spiċċat ftit għoli. Fit-58 minuta, daqqa ta’ ras ta’ Criaco għaddiet ftit barra u erba’ minuti wara, ix-xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Caetano Calil għadda jħakkek mal-wieqfa.  

    Fid-79 minuta,  Domoraud għadda lejn Ryan Darmanin fil-kaxxa, iżda l-attakkant Ħamruniż mill-viċin xeħet barra.  Fil-81 minuta Ħamrun skorjaw il-goal tar-rebħa permezz tas-sostitut RYAN DARMANIN meta avvanza fil-kaxxa  u b’xutt angolat għeleb lill-goalkeeper Naumovski. Fi tmiem il-partita l-Istripes spiċċaw jilagħbu bi player anqas meta tkeċċa Terence Agius.

    BIRKIRKARA: 26-Kristijan Naumovski, 4-Danilo Chapoval, 7-Mislav Andelkovic (6-Matthew Guillaumier 46), 9-Luke Montebello (22-Cain Attard 77), 10-Johann Bezzina, 11-Kurt Zammit, 14-Eduardo Ferreira, 15-Nikola Vukanac, 17-Michael Mifsud (77-Thiago De Souza 60), 23-Terence Agius, 30-Marcelo De Siqueira - Coach: Mark But­tigieg

    HAMRUN S.: 26-Emanuel Bartolo, 5-Enrico Pepe, 7-Triston Caruana, 9-Carlos Henneberg (14-Conor Borg 67), 10-Wilfried Domoraud, 16-Matthew Robert Gauci, 22-Marco Criaco, 30-Karl Micallef, 55-Orestis Nikolopoulos, 70-Caetano Calil, 92-Kevin Tulimieri (28-Ryan Darmanin 77) -Coach: Stefan Sultana

    REFEREE: Malcolm Spiteri

    ASS. REFEREES:Jurgen Spiteri, Paul Apap

    RABA’ UFF: Ishmael Barbara

    SKORERS:R. Darmanin 81 (HS)

    AMMONITI:T. Agius, (B) R. Darmanin, E. Bartolo (H)

    TKEĊĊA:Terence Agius 90 (B)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Marco Criaco (HS)

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0