Kampjonat Premier: Draw ta’ mingħajr goals f’partita bilanċjata

  • Mar 14, 2019 00:00
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Balzan................ 0

    Gzira Utd........... 0

    Gzira kisbu punt importanti minkejja li ġew miżmuma fi draw ta’ 0-0 kontra Balzan, u b’hekk saħħew posthom fit-tielet post u ċ-ċans li jiksbu post fl-UEFA Europa League.

    Il-coach ta’ Balzan Jacques Scerri ipprefera lil Nenad Sljivic minflok Milos Lepovic mill-aħħar konfront kontra Floriana.

    Min-naħa tal-coach ta’ Gzira, Jesmond Zerafa, wettaq tliet bidliet meta daħħal lil Gianmarco Conti, Sacha Borg u Justin Junior Mengolo minflok Rodolfo Soares, Roderick Briffa u Myles Beerman.

    L-ewwel taqsima żvol­ġiet f’waħda bilanċjata, iżda minkejja l-isforzi miż-żewġ naħat din intemment fi draw ta’ mingħajr goals.

    Fit-13-il minuta daqqa ta’ ras ta’ Alfred Effiong mill-viċin sab lill-goalkeeper ta’ Gżira, Justin Haber, ferm attent li mblokka.  

    Tliet minuti wara, Balzan ippruvaw xortihom permezz ta’ Steve Pisani li spara xutt minn barra l-kaxxa, iżda dan spiċċa barra.

    Ħames minuti wara tentattiv ta’ Correa Duarte mix-xellug, ġie milqugħ faċilment mill-goalkeeper Justin Ha­ber. 

    Kienu Gzira li resqu viċin li jiftħu l-iskor  permezz ta’ Nikolai Muscat fit-33 minuta  meta xutt mill-viċin, il-goalkeeper ta’ Balzan, Sean Mintoff, dawwar  il-ballun f’corner. Fit-42 minuta Haber ħtieġlu jippanċja l-free-kick mogħti minn Steven Pisani.

    Fid-49 minuta, l-goalkeeper Mintoff ħtieġlu jantiċipa fuq Haruna Garba qabel dan seta’ jkun ta’ periklu.  Tliet minuti wara, ħarba tajba minn Correa Duarte iżda l-konklużjoni dgħajfa spiċċat imblukkata faċilment minn Haber.

    Fis-66 minuta Balzan tilfu ċans tad-deheb li jif­tħu l-iskor meta Steven Pisani qassam lejn Uros Ljubomirac fil-kaxxa, iżda dan xeħet għoli mill-viċin.

    Fis-87 minuta Haber dawwar tentattiv ta’ Correa Duarte f’corner biex din kienet l-aħħar azzjoni hekk kif fil-ħin li kien fadal ma ġiet innotata l-ebda azzjoni oħra.

    BALZAN: 1-Sean Min-toff, 5-Aleksandar Kosoric, 8-Nenad Sljivic, 10-Steven Pisani (50-Andrija Majdevac 73)), 11-Steven Bezzina (7-Lydon Micallef 89), 16-Paul Fenech, 17-Alfred Effiong, 18-Uros Ljubomirac, 20-Ivan Bozovic, 23-Elkin Serrano Valero, 42-Ricardo Calixto Correa Duarte - Coach: Jacques Scerri

    GZIRA U.: 16-Justin Haber, 6-Nikolai Muscat, 7-Zachary Scerri, 10-Andrew Cohen, 11-Juan Carlos Corbolan, 13-Clifford Gatt Baldacchino, 20-Edison Bilbao Zarate, 23-Gianmarco Conti, 26-Sacha Borg,  29-Justin Junior Mengolo (33-Myles Beerman 69),  99-Haruna Zambuk Garba, - Coach: Jesmond Zerafa

    REFEREE: Philip Farrugia

    ASS. REFEREES:Luke Portelli u William Debattista

    RABA’ UFF: Darryl Agius

    AMMONITI:E. Bilbao Zarate, N. Muscat (GU)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Nikolai Muscat (GU)

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0