Titħabbar il-mewt ta' Charlie Whiting fl-età ta' 66 sena

  • Mar 14, 2019 10:12
  • Miktub minn iNews
"

    Tħabbret il-mewt tad-direttur tat-tlielaq fi ħdan l-FIA; l- Assoċjazzjoni Internazzjonali li tieħu ħsieb it-tlielaq tal-Formula 1 Charlie Whiting.

    Huwa miet fl-età ta' 66 sena kawża ta’ emboliżmu pulmonari f’Melbourne ftit jiem bogħod mill-ftuħ tal-ewwel tellieqa tal-istaġun tal-Formula 1 fl-Awstralja.

    Il-President tal-FIA Jean Todt iddeskrivih bħala figura inimitabbli u fakkar il-ħidma tiegħu fi ħdan l-assoċjazzjoni sa mill-1988 meta beda bħala direttur tekniku.

    Qabel huwa kien mekkanik u inġinier tat-tim ta’ Bernie Ecclestone ‘Brabham’, rebbieħ tal-kampjonat fl-1981 u fl-1983.

    Huwa beda l-karriera tiegħu fil-F1 fl-1977 ma’ Hesketh sakemm iċċaqlaq ma’ Brabham sena wara sakemm finalment ingħaqad mal-FIA.

    Fost sewwieqa li sellmu l-memorja tiegħu hemm Lewis Hamilton li ddeskrivih bħala figura ikonika, Sebastian Vettel li spjega li diffiċli tniżżel tali aħbar u Robert Kubica.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0