Ritratti: Tkompli tiżdied il-merħla ta' baqar Maltin bit-twelid ta' għoġla fl-Għammieri

  • Mar 14, 2019 12:11
  • Miktub minn iNews
"

    Wara li fl-aħħar jiem waħda mill-baqar li hija frott l-eqdem razez ta' baqar Maltin tat wild għal għoġla li imliet bil-ferħ lil dawk kollha li jaħdmu fir-razzett tal-Għammieri, inewsmalta kkuntattjat lil uffiċjal tal-Agrikoltura fl-Għammieri sabiex jispjegalna aħjar dwar din ir-razza.

    Darryl Grech beda biex jgħidilna li din ir-razza indiġena ta' baqar tinsab biss fil-gżejjer Maltin u hija meqjusa waħda mill-eqdem razez ta' baqar. Razza li sfortunatament bħal maġġorparti ta’ razez u speċi Maltin hija mhedda u f’periklu imminenti ta’ estinzjoni. Grech spjegalna li l-karatteristiċi ewlenin ta' din ir-razza huma pil ħamrani (kannelli) fin-nisa u pil aktar skur fl-irġiel, il-qarn u meqjusin bħala annimal kalm.

    Grech kompla jgħidilna li dawn kienu jintużaw għall-ħart, iżda bil-mod bdew jinqatgħu u jinbidlu meta beda jintuża l-makkinarju. Vince Parnis f'isem il-KPĦ, għen ħafna biex jerġgħu jibdew jitnisslu dawn il-baqar.

    Sfortunatament fl-1990 miet l-unika għogol li kien baqa' ta' din ir-razza u kien għalhekk li sena wara ntgħażel għogol tar-razza Chianina, meqjusa waħda mill-eqdem razez ta' baqar u tajba wkoll għax-xogħol u tgħammru l-aħħar tliet baqriet puri tar-razza Maltija li kienu jinsabu għand il-familja Saliba. 

    Dan il-proġess beda b'sentejn konsekuttivi ta' tgħammir artificjali sakemm mill-1993 kompla l-programm ta' konservazzjoni bit-tgħammir naturali. Il-familja Saliba aktar tard tat numru ta' bhejjem lir-razzett tal-Gvern ġewwa l-Għammieri sabiex ikun hemm l-għajnuna taghhom fil-konservazzjoni ta' din ir-razza.  

    Il-populazzjoni ta' dawn il-baqar indiġeni llum hija ta' madwar 55 ras, 36 minnhom jinsabu ġewwa l-Għammieri f'Malta u 4 fir-razzett tal-Gvern f'Għawdex.

    Grech sostna ma' inewsmalta li l-konservazzjoni ta’ dawn il-baqar għandha tingħata l-importanza li jistħoqqilha għaliex dawn jagħmlu parti mill-identità nazzjonali tagħna, wirt kulturali tal-Maltin u parti minn riżorsa ta’ bijodiversità unika fid-dinja.

    Fis-Sezzjoni ta' l-Annimali ġewwa l-Għammieri qiegħda ssir implimentazzjoni ta’ programmi ta’ konservazzjoni u tkattir (fosthom tat-Tiġieġ is-Suwed ta’ Malta, il-Mogħża Maltija, in-Naħla Maltija u bosta ħlejjaq oħrajn). Dan jinvolvi programmi biex il-'genetic pool' ta’ dawn ir-razez indiġeni u speċi endemiċi jitnaddaf u jissaħħaħ permezz ta’ moniteraġġ u selezzjoni.

    Din il-ħidma qed issir sabiex tissaħħaħ l-edukazzjoni u l-għarfien għall-pubbliku b’mod effettiv, fosthom bdiewa u raħħala, dwar l-importanza tal-ħarsien tal-bijodiversità u riżorsi ġenetiċi li għandna u li huma ta’ valur imprezzabli mhux biss għall-Gżejjer Maltin, iżda anki fuq skala internazzjonali.

    Ritratti: Darryl Grech

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0