''Istħu! Persunti tiegħi... Jien raġel nilbes it-takkuna u nagħmel il-make-up''

  • Mar 14, 2019 13:45
  • Miktub minn iNews
"

    “Jien raġel, nilbes u nkun dak li nixtieq mingħajr ma nħalli lil ħadd jwaqqafni mill-nkun kuntent jew jipprova jibdilni” u “Nilbes li nixtieq għax persunti hija tiegħi u mhux se noqgħod ninħela ma’ dawn l-isterjotipi tagħkom ta’ kif għandu jidher u jilbes raġel”.

    Dawn kienu tnejn mill-bosta reazzjonijiet għall-istqarrija tal-grupp 'Ex-LGBT Malta' li fl-aħħar jiem kitbu jakkużaw lill-'femminsiti u l-komunità LGBT li qed jimminaw il-figura tar-raġel' fis-soċjetà.’

    Fil-kumment pubbliku li tellgħu fuq Facebook, dan il-grupp jgħid li mhux sew li fil-filmat tal-kanzunetta "jidhru r-rġiel iffeminati." Ikomplu jgħidu dan "joħloq konfużjoni fil-ġeneru tal-bniedem." Jtemmu l-messaġġ tagħha billi 'jappellaw' biex inħallu "lill-irġiel fl-għeruq tagħhom tal-maskulinità." 

    Persuna oħra dawwret din l-akkuża kontra dan l-istess grupp u qalet li min juża l-Bibbja u lil Alla biex jiġġudika bnedmin oħra jmissu jistħi. Żiedet tgħid li persuni gays huma nies bħal kulħadd u f’ċertu każijiet aħjar minn ċerti persuni li mhumiex għax kapaċi jħobbu b’imħabba speċjali. Persuna oħra żiedet tgħid li minkejja li tirrispetta ċertu fehmiet, ħadd m’għandu jkompli jxerred din il-mibegħda għax “jekk stess Alla li ħalaqna ma jaqbilx magħna nkunu aħna li qegħdin nonqsu u dak narawh aħna.”

    Intant spikka l-messaġġ ta’ persuna li filwaqt li kkundannat dan it-tixrid ta’ mibegħda li ta’ kuljum toħloq ħsara fost familji b’mod speċjali ġenituri li jinħasdu meta uliedhom jagħtuhom l-aħbar ta’ dak li verament iħossu għax mal-ewwel jiġu f’moħħom dawn l-isterjotipi li “kontinwament qegħdin idgħajfu s-soċjetà”, xerred messaġġ ta’ kuraġġ;

    “Lil dawk kollha li jinsabu konfużi dwar is-sesswalità tagħhom, m’għandkomx għalfejn tinkwetaw. Fl-aħħar mill-aħħar ħajtek hija tiegħek u ħadd ma għandu dritt jindaħallek kif tgħixha. Dawk li ma jaċċettawx l-għażla tiegħek ma jixirqilhomx ikunu parti minnha u żgur li se jiddispjaċihom ‘il quddiem”. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0