Terġa’ titfaċċa l-IRA

  • Mar 14, 2019 14:56
  • Miktub minn iNews
"

    Fl-Ingilterra reġa’ qam tħassib u dan minħabba li kollox qed jindika li l-organizazzjoni terroristika Provisional Irish Republican Army (IRA) reġgħet tfaċċat.  Dan qed jirriżulta wara li l-Pulizija ta’ Londra qalet li grupp ta’ persuni li sejħu lilhom nfushom bħala l-IRA ħadu r-responsabilità ta’ splussiv li tħalla f’Londra u Glasgow ftit jiem ilu.

    L-IRA kienet tisħaq għal Irlanda magħquda u kienet tqis l-Irlanda ta’ Fuq bħala territorju Irlandiż okkupat illegalment mir-Renju Unit.

    Il-kampanja tal-IRA kienet waqfet meta ġie ffirmat il-ftehim ta’ Belfast fl-1998.

    L-isplussiv kien instab f’basktijiet tal-posta ġo l-istazzjon tal-ferrovija ta’ Waterloo fiċ-ċentru ta’ Londra, fl-ajruporti ta’ London City u Heathrow kif ukoll fl-Università ta’ Glasgow bejn il-5 u s-6 ta’ Ġunju.

    L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija ta’ Londra u ta’ Glasgow rispettivament.

    It-terroriżmu mill-IRA fir-Renju Unit għadhom friski għal ħafna. Irid jingħad li l-IRA kienet wettqet għexjieren ta’ attakki terroristiċi fir-Renju Unit bejn is-snin sittin u l-aħħar tas-seklu li għadda.  Attakk li jibqa’ f’moħħ ħafna hu dak li kien sar fuq il-ħajja tal-Prim Ministru Magaret Thatcher. Kienu mietu diversi persuni imma hi ħelsitha ħafif.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0